ŻJARA TA’ KORTEŻIJA MINN SHANGHAI CPPCC FRIENDSHIP DELEGATION
Delegazzjoni ta’ Shanghai CPPCC Friendship Delegation għamlet żjara ta' kortesija lill-Ministru għad-Djalogu Soċjali, l-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Libertajiet Ċivili, Dott. Helena Dalli.
Id-delegazzjoni kienet immexxija mis-Sur Dao Shuming, membru permanenti tal-Kumitat ta’ Shanghai fi ħdan iċ-Chinese People's Political Consultative Conference (CPPCC) u Chairman tal-Kumitat għall-Ħbiberija ma' Pajjiżi Barranin tal-Kumitat ta’ Shanghai fi ħdan iċ-CPPCC.
Is-Sur Shuming tkellem dwar ir-riformi li qed isiru f’Shanghai, l-aktar dawk relatati mal-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-kultura. Huwa ddeskriva l-avvanzi kbar li twettqu mill-Gvern Ċiniż biex tittejjeb l-infrastruttura ta’ Shanghai.
Is-Sur Shuming tkellem ukoll dwar ir-relazzjonijiet dejjem jiżdiedu ta’ Shanghai ma' diversi pajjiżi madwar id-dinja. Huwa qal li l-ħaddiema barranin, inkluż ħafna professjonisti, sabu Shanghai bħala post eċċellenti biex jaħdmu fih, u n-numru tagħhom mistenni li jiżdied fis-snin li ġejjin.
Il-Ministru Dalli tkellmet dwar il-kollaborazzjoni possibbli bejn il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) u s-CPPCC. Hija qalet li huwa tajjeb li ż-żewġ naħat jitgħallmu minn xulxin, jaħdmu flimkien u joħolqu l-impjiegi permezz tal-investiment.
Dott. Dalli nnutat li kemm l-MCESD, kif ukoll is-CPPCC huma f'pożizzjoni tajba biex jagħtu pariri lill-gvernijiet rispettivi dwar l-inizjattivi relatati mal-investiment bejn iż-żewġ naħat, bis-Sur Shuming jgħid li din it-tip ta' kollaborazzjoni diġa` teżisti ma' pajjiżi oħra Ewropej.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en