Left arrow Mur Lura

MALTA TISĦAQ GĦAL MIŻURI ADDIZZJONALI FIS-SETTUR TAL-ĦALIB WAQT IL-KUNSILL TAL-MINISTRI TAL-AGRIKOLTURA

pr140266
Date Icon 17/02/2014

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Roderick Galdes,  ipparteċipa fit-3293 laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tal-Agrikoltura fi Brussell. Matul din il-laqgħa spikkat diskussjoni bejn il-Ministri dwar il-futur tas-settur tal-ħalib Ewropew wara li tintemm is-sistema tal-kwoti ta’ produzzjoni fl-2015.

L-Onor. Galdes fl-intervent tiegħu saħaq kif irid ikun hemm monitoraġġ mill-qrib dwar kif se jiżvolġu l-produzzjoni u l-prezzijiet f'kull pajjiż sabiex jiġu evitati kriżijiet li jwasslu għall- produzzjoni żejda li jolqtu negattivament il-vijabilità tar-raħħal. Huwa għamel il-każ għall-miżuri addizzjonali li jkunu jindirizzaw l-eżiġenzi speċifiċi madwar il-komunità, inkluż f'Malta li tiffaċċja l-isfidi tal-insularità u spejjeż ogħla kemm ta' produzzjoni kif ukoll sabiex eventwalment jinbiegħu ċertu prodotti barra minn xtutna. Il-Kummissjoni Ewropea tenniet li ser jissoktaw id-diskussjonijiet matul ix-xhur li ġejjin.

Il-Kunsill ittratta wkoll il-bidliet proposti mill-Kummissjoni fir-Regolament dwar il-finanzjament mill-UE ta' miżuri ta' promozzjoni u informazzjoni dwar prodotti agrikoli. Malta spjegat kif huwa ta' prijorità li jkomplu jissaħħu l-possibilitajiet ta' programmi li jwasslu l-messaġġ lill-konsumaturi dwar il-kwalità u l-istandards tal-prodotti tradizzjonali Ewropej, inkluz f'inħawi fejn hemm talba qawwijia għal dan minħabba volum ta' turiżmu.

Malta qiegħda twettaq xogħol intensiv biex issaħħaħ il-possibilitajiet li prodotti ta' dan it-tip jirċievu rikonoxximent taħt marki ta' kwalità li jippermetti t-trasparenza fl-għażla tal-konsumaturi, kif ukoll li l-oriġini u l-istandards għolja ta' produzzjoni lokali jkunu wkoll aċċessibbli għax-xerrejja.

Fost il-mixxelanji, il-Kunsill sema' wkoll mid-delegazzjonijiet tal-Polonja u l-Litwanja dwar il-marda tad-Deni Afrikan tal-Majjali li faqqgħat f'dawn il-pajjiżi.  

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow