Left arrow Mur Lura

REKORD TA’ 46,120 PERSUNA QASMET LEJN GĦAWDEX FIT-TRAVEL TO GOZO WEEKEND- VALENTINE SPECIAL

pr140264
Date Icon 17/02/2014

Il-Ministeru għal Għawdex bi pjaċir iħabbar li l-inizjattiva “Travel to Gozo Weekend- Valentine Special” kienet ta’ suċċess kbir. Filfatt statistika miġbura mill-Gozo Channel turi li mill-14-16 ta’ Frar 2014 qasmu lejn Għawdex rekord ta’ 46,120 persuna. Minn dawn kien hemm 35,577 passiġġier u 10,543 vettura.

F’dan il-weekend il-Gozo Channel għamlet ukoll rekord ta’ 154 vjaġġ lejn Għawdex.  Huwa stmat li l-effett ta’ din l-inizjattiva biss ħalliet b’mod dirett madwar tliet kwarti ta’ miljun Ewro fl-ekonomija Għawdxija aktar mis-sena l-oħra.

B’din l-inizjattiva, l-ekonomija Għawdxija matul ix-xahar ta’ Frar baqgħet għaddejja b’ritmu sod. Dan meta tradizzjonalment ix-xahar ta’ Frar ikun wieħed kwiet ħafna mil-lat tal-andament ekonomiku.

Il-Ministru għal Għawdex, Dr. Anton Refalo jieħu l-opportunità biex jirringrazzja lill-ħaddiema tal-Gozo Channel għas-servizz tagħhom, lill-operaturi Għawdxin tal-offerti tagħhom, lill-Gozo Business Chamber, l-Gozo Tourism Authority u l-Bank of Valletta tal-kollaborazzjoni tagħhom. Dr. Anton Refalo jirringrazzja wkoll lill-Maltin kollha li għażlu lil Għawdex bħala d-destinazzjoni tal-vaganza tagħhom għal dan it-tmiem il-ġimgħa.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow