Left arrow Mur Lura

IŻ-ŻGĦAŻAGĦ JAQBLU U HUMA KONXJI DWAR L-INIZJATTIVA VOT16

pr140260mt
Date Icon 15/02/2014

Fi studju li sar ix-xahar li għadda, ħareġ li ż-żgħażagħ huma konxji u jaqblu li jiġi estiż il-vot lil dawk li għandhom 15il sena fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Ir-riżultati ta’ dan l-istudju li sar mill-Aġenzija Żgħażagħ, ġew ippreżentati lill-media mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, Stefan Buontempo waqt konferenza li nediet il-ħames edizzjoni tal-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ.

Is-Segretarju Parlamentari Buontempo elenka r-riżultati ta’ dan l-istudju li fosthom juri li ż-żgħażagħ ma jħossuhomx preparati li jiġi estiż dan il-vot fl-elezzjonijiet tal-parlament Ewropew, referanda nazzjonali u elezzjonijiet ġenerali. Iż-żgħażagħ iħossu wkoll li għadhom mhux daqshekk preparati biex jikkontestaw fl-elezzjonijiet.

Dr Buontempo qal li dan l-istudju sar biex l-Aġenzija Żgħażagħ tanalizza l-effetività tal-kampanja Vot 16 u b’hekk itejjeb il-kampanja edukattiva f’dan ir-rigward.

Dwar il-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ, s-Segretarju Parlamentari Buontempo qal li bil-parteċipazzjoni ta’ madwar 250 żagħżugħ/a u 29 Kunsill Lokali, dan il-proġett huwa mod kif inħajjru aktar żgħażagħ jipparteċipaw b’mod attiv fis-soċjetà permezz ta’ proġetti fuq temi tad-demokrazija, ċittadinanza attiva, djalogu soċjali u inklużjoni fost l-oħrajn.

Għat-tnedija tal-ħames edizzjoni tal-Kunsilli Lokali taż-Żgħażagħ attendew rappreżentanti mill-Kunsilli Lokali u żgħażagħ li ħadu sehem f’dan il-proġett.  Aktar informazzjoni tkun tista’ tinkiseb mill-Aġenzija Żgħażagħ fuq 22586713 jew minn fuq is-sit www.agenzijazghazagh.gov.mt

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow