Left arrow Go Back

STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI

pr140258
Date Icon 15/02/2014

Imħabbar inċentiv għal min irid jaħdem

Waqt żjara f’Għawdex, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca ħabbret inċentiv biex aktar persuni joħorġu fis-suq tax-xogħol.

Dan se jseħħ permezz ta’ iniżjattiva li ssemmiet fil-Budget 2014 u li issa se tibda tapplika mill-ewwel ta’ Jannar 2014.

Kull persuna li ilha tirċievi Għajnuna Soċjali jew Għajnuna Soċjali għal Diżimpjieg għal aktar minn sentejn u ssib impjieg wara l-ewwel ta’ Jannar 2014, l-għajnuna li tkun qed tirċievi ma tinqatax mal-mument li fih jibda l-impjieg, iżda tibda tinqata’ bil-mod il-mod fuq perjodu ta’ tliet snin.

Fl-ewwel sena l-benefiċjarju jgawdi minn 65% tar-rata tal-Għajununa Soċjali, fit-tieni sena minn 45% filwaqt li fit-tielet sena jgawdi minn 25%.

Min iħaddem se jingħata 25% tar-rata tal-Għajnuna Soċjali kull sena għal tliet snin, bid-differenza, jiġifieri 10% fl-ewwel sena, 20% fit-tieni sena u 50% fit-tielet sena tar-rata tal-Għajnuna Soċjali tmur ġo fond għat-taħriġ.

Il-Ministru Coleiro Preca fissret din l-iniżjattiva bħala miżura li turi li work pays. Huwa mod kif il-Gvern jippromwovi l-bżulija fost il-poplu.

Din l-iskema hija miftuħa kemm għal impjieg full-time kif ukoll għal part-time. Madankollu d-dħul mill-impjieg ma jistax ikun inqas mill-paga minima nazzjonali, jiġifieri €165.68 fil-ġimgħa.

Persuna tista’ tibbenefika darba minn din l-iskema.

Il-Ministru temmmet tgħid li dawk interessati jistgħu jiksbu applikazzjoni mill-Uffiċċji Distrettwali madwar Malta u Għawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow