Left arrow Mur Lura

TĦABBRU L-FINALISTI TA’ ĠIEĦ L-ISPORT MALTI

pr140257
Date Icon 15/02/2014

Tħabbru il-finalisti fil-kategoriji kollha tal-ewwel edizzjoni tal-awards “Ġieħ l-Isport Malti” organizzata mis-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-Isport, flimkien mal-Kunsill Malti għall-iSport.


Is-Segretarju Parlamentari Buontempo esprima s-sodisfazzjon tiegħu għal dan l-avveniment li huwa wieħed innovattiv fejn l-għaqdiet sportivi se jivvutaw biex jippremjaw lill-aqwa sportivi, uffiċjali u timijiet. Huwa qal li minkejja d-diffikultajiet finanzjarji li għandu l-Kunsill Malti għall-Isport, il-Gvern xorta ta b’€1 miljun assistenza lill-għaqdiet sportivi. Il-Gvern qed jagħmel ħiltu kollha biex il-Kunsill Malti għall-Isport iqum fuq saqajh finanzjarjament.
Huwa qal li l-għaqdiet sportivi jridu jkunu sħab mal-Gvern u għalhekk aktar ‘il quddiem se jkunu l-għaqdiet sportivi li jmexxu l-programmi tal-isport li sa issa kienu jkunu organizzati mill-Kunsill Malti għall-iSport.

Dr Buontempo rringrazzja lill-għaqdiet sportivi għall-impenn tagħhom biex l-isport f’pajjiżna jkompli jikber u qal li l-għan tal-Gvern hu li f’pajjiżna jkollna sport aktar professjonali u dan se jkompli jsir permezz ta’ scholarships speċifikament fl-isport.

Minn naħa tiegħu Luciano Busuttil, Ċermen tal-Kunsill Malti għall-Isport, saħaq li din is-sena se jkun hemm attività ta’ livell għoli b’inqas spejjeż biex b’hekk il-flus jkunu jistgħu jiġu investiti fl-atleti u fl-isport ta’ pajjiżna. Huwa kompla jgħid  li din hija ċelebrazzjoni ta’ sport u għalkemm se jkun dikjarat rebbieħ wieħed biss kulħadd huwa rebbieħ. Huwa temm id-diskors tiegħu billi inkoraġixxi lill-atleti jkomplu juru l-impenn tagħhom biex dejjem ikollna fuq quddiem il-bandiera Maltija.

Is-serata finali tal-awards ta’ “Gieħ l-Isport Malti” se ssir fil-15 ta’ Marzu 2014 u se tixxandar dirett fuq TVM2. Matul din is-serata panel tal-ġurija esperti magħmula minn ġurnalisti sportivi mill-media houses ewlenin f’Malta se jkunu qegħdin jivvutaw live għar-rebbieħ/a f’kull kategorija.

Ir-rebbieħ u r-rebbieħ tal-kategoriji ta’ Best Sportman u Best Sportswoman with Special Needs se jitħabbaru dakinhar stess tal-finali.  Dawn se jintgħażlu minn bord ta’ esperti fil-qasam li twaqqaf separatament biex jagħżel l-atleti li jistħoqilhom dan l-unur.

Il-pubbliku wkoll se jkun qed jista’ jagħti s-sehem tiegħu hekk kif issa tħabbru s-sitt finalisti magħzula mill-federazzjonijiet u assoċjazzjonijiet għan-‘National People’s Choice Award’. Preżentament dawn is-sitt finalisti qegħdin igawdu minn 60% tal-vot finali filwaqt li l-pubbliku se jkun qed jivvota għall-bqija tal-40% l-oħra permezz ta’ sms li jista’ jintbagħat fuq in-numri abbinati ma’ kull isem tal-favorit/a tiegħu. It-televoting se jibqa’ miftuħ sas-serata finali fejn imbagħad joħroġ ir-rebbieħ aħħari ta’ dan l-Award.

Waqt il-press conference ingħata rikkonximent lin-nominati kollha għall-‘People’s Choice Award’ hekk kif ġew ippreżentati b’ċertifikat u tniżżlu fuq l-ewwel ‘Roll of Honour’ ta’ ‘Ġieħ l-Isport Malti’ Awards.

Il-Bank of Valletta dejjem ta l-appoġġ kollu tiegħu f'oqsma differenti tal-isport, ewlenin fosthom il-futbol, baskitbol, waterpolo, kif ukoll dixxiplini oħra fix-xena lokali bħal m'huma t-tennis, il-golf u l-bowling. Il-Bank jimpenja ruħu fil-qasam tal-isport biex ikompli jinkoraġixxi lill-isportivi u jgħin biex dawn ikollhom faċilitajiet addattati għad-dixxiplini tagħhom. Huwa għalhekk ta' unur għall-Bank li qiegħed jagħti l-appoġġ tiegħu lill-Awards 'Ġieħ l-Isport Malti'.

Minn naħa taghħom MSV Life qalu li minn dejjem kienu minn ta' quddiem sabiex jippromovu u jagħtu l-appoġġ tagħhom lejn it-talent Malti kemm fl-isport kif ukoll f'oqsma oħrajn bħalma huma l-arti u l-mużika. Avvenimenti bħal dawn jipprovdu opportunità eċċellenti sabiex jiġu esibiti u ppremjati t-talenti Maltin u aħna tabilħaqq kuntenti ħafna li nassoċjaw lilna nfusna ma' din l-inizjattiva.

Tkellem is-Sur Arthur Castillo, Direttur tal-kumpanija Vascas u sponsors tat-trofew li se jkun qed jingħata lil-rebbieħa kollha. Dan it-trofew huwa magħmul minn kristall fin u huwa prodott tal-kumpanija prestiġjuza Rogaska Crystal fl-Islovenja.

B’kollox tħabbru 24 finalist f’dawn il-kategoriji:

Best Sportswoman Award
Sue Abela (Malta Tenpin Bowling Association)
Eleonor Bezzina (Malta Shooting Sport Federation)
Joanne Attard (Malta Tenpin Bowling Association)

Best Sportsman Award
William Chetcuti (Malta Shooting Sport Federation)
Justin Caruana Scicluna (Malta Tenpin Bowling Association)
Daniel Zahra (Ying Yang Kickboxing Club)

Best Team Award
Men’s category (Malta Pool Association)
Men Senior National Waterpolo Team (Aquatic Sports Association of Malta)
Women’s National Football Team (Malta Football Association)

Best Young Sportsperson Award
Nathan Lee Xuereb (Malta Shooting Sport Federation)
Nicole Gatt (Malta Weightlifting Association and MAAA)
Suzanne Buttigieg (Malta Gymnastics Federation)

Best Coach Award
Pierre Brincat (Malta Football Association)
Karl Izzo (Aquatic Sports Association of Malta)
Jimmy Bugeja (Malta Shooting Sport Federation)

Best Official Award
Vincent Degiorgio (Malta Pool Association)
Edwin Vella (Malta Shooting Sport Federation)
Jesmond Caruana (Malta Weightlifting Association)

National People’s Choice Award
Rebecca Camilleri (MAAA):  50616721
William Chetcuti (Malta Shooting Sports Federation): 50616722
Mae Farrugia (Malta Gymnastics Federation): 50616723
Dermot Galea (Malta Triathlon Federation): 50616724
Dennis Thornton (Ghaqda Regatta Nazzjonali): 50616725
U/18 Women’s National Team (Malta Basketball Association): 50616726

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow