STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA
Għal darb’oħra l-Oppożizzjoni qed tipprova toħloq issue li ma teżistix.
B' referenza għat-talba tal-Oppożizzjoni għal laqgħa urġenti tal-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra li hu diġà skedat li jiltaqa’ erbat ijiem oħra, din hija kwistjoni li ilha pendenti mill-2007, fejn Gvern Nazzjonalista dam ħames snin biex jieħu azzjoni. Dan filwaqt li l-azzjoni ħadha fi żmien meta l-Parlament ma kienx qiegħed jiltaqa’ u ma setax jiddiskutiha fi tmiem il-leġislatura li għaddiet.
B’kuntrast, il-Gvern preżenti aġixxa mingħajr telf ta’ żmien hekk kif ħarget id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, kif ukoll wara r-ruling tal-Ispeaker dwar il-mozzjoni oriġinali, billi ressaq mozzjoni ġdida.
L-Oppożizzjoni taf tajjeb li l-Gvern huwa kommess li jindirizza dan il-każ b’urġenza, tant li l-Kumitat dwar ix-Xogħol tal-Kamra diġa’ huwa skedat li jiltaqa’ nhar l-Erbgħa biex jiddiskuti t-triq ‘il quddiem.
Bħalma l-Grupp Parlamentari tal-Oppożizzjoni ltaqa’ nhar l-Erbgħa biex jiddiskuti u jieħu pożizzjoni finali, il-Grupp Parlamentari tal-Gvern se jiltaqa’ nhar it-Tnejn.
L-Oppożizzjoni taf ukoll li kien hemm diversi drabi fejn il-Gvern stenna lill-Oppożizzjoni biex tlaqqa’ l-Grupp Parlementari qabel ma jipproċedi b’liġi, fosthom dwar l-Unjoni Ċivili.
Dan kollu jkompli jqajjem mistoqsijiet dwar l-iskop tal-Oppożizzjoni f’din il-kwistjoni.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en