JOSEPH CHURCH JINĦATAR KUMMISSJONARJU ELETTORALI PRINĊIPALI
Joseph Church inħatar Kummissjonarju Elettorali Prinċipali.
Joseph Church twieled il-Furjana fis-27 ta’ Lulju 1955. Segwa l-istudji tiegħu s-Seminarju fil-Furjana u wara ngħaqad fis-Servizz Pubbliku fl-1977.
Hu okkupa diversi karigi fis-Servizz Pubbliku fosthom ta’ Direttur fil-Ministeru tas-Saħħa. Fl-2008, huwa nħatar Direttur Ġenerali fl-istess Ministeru. Għal dan l-aħħar 4 snin huwa okkupa l-kariga ta’ Segretarju tal-Presidenza, fejn kien involut f’diversi proġetti.
Studja d-Diplomazija fl-Università ta’ Malta bejn 1996 u 1998. Huwa studja l-immaniġġjar ta’ Riżorsi Umani u Finanzi bejn l-2002 u 2004. Fl-1994, huwa attenda kors ta’ 12 il-ġimgħa fir-Riżorsi Umani fl-Universita’ ta’ Manchester.
Tul il-karriera tiegħu fis-Servizz Pubbliku hu ħa sehem f’diversi konferenzi u laqgħat internazzjonali fuq diversi materji. Dawn kienu saru fi Brussel, Varsavja, Barcellona, Lussemburgu, Londra, Madrid u Singapore.
Joseph Church huwa miżżewweg lil Isabelle u għandhom żewġt itfal, Roberta u Ann Marie.
Il-Gvern jirringrazzja lis-Sur Salv Gauci tas-servizz eċċellenti li ta fil-kariga ta’ Kummissjonarju Elettorali Principali. Huwa rtira bl-eta’ fi tmiem it-terminu tiegħu. F’dan l-istadju se jibqa’ jagħti s-servizzi tiegħu lill-Kummissjoni Elettorali bħala konsulent.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en