L-Ekonomija l-Ħadra għandha rwol ċentrali fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli fil-Mediterran – Diskors tal-ftuħ mill-Ministru Leo Brincat tar-Review Process of the Mediterranean Strategy for Sustainable Development (MSSD)
F’konferenza internazzjonali li fetħet illum il-Ministru Leo Brincat Ministru saħaq li l-ekonomija l-ħadra għandha rwol ċentrali fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli fil-Meditterran u l-aktar għall-kuntest Malti, dan mhux biss minħabba l-pożizzjoni strateġika ta’ pajjiżna, iżda ukoll minħabba rabtiet kulturali li Malta għandha ma’ pajjiżi oħra fir-reġjun.
Il-Ministru Leo Brincat qal li Malta tinsab impenjata sabiex tippromwovi l-pass favur l-Ekonomija l-Ħadra permezz ta’ pjan strateġiku li minnu ser jiġi adottat pjan ta’ azzjoni. Il-Ministru Leo Brincat tenna li t-tnehdija tal-pjan tal-immaniġjar tal-iskart li ħareġ il-gvern flimkien ma’ strateġija u pjan sabiex jiġi imminimizzat l-iskart għal perjodu ta’ bejn l-2014 sal- 2020 se jkun ukoll qed jitħaress il-prinċipju ta’ sostenibilita’.
Il-Ministru Leo Brincat identifika l-ħames sfidi ewlenin bil-għan li jkun hemm żvilupp sostenibbli fi ħdan ir-reġjun tal-Meditteran.
Fost il-punti ewlenin imsemmija mill-Ministru li huma meqjusa bħala punti ewlenin biex titħares is-sostenibilita’ hemm l-importanza li ħadd ma jitħalla jaqa’ lura, li l-iżvilupp sostenibbli jitħares bħala fattur ta’ importanza kif ukoll li jiġu aġġornati l-ekonomiji biex jiġi stabilit tkabbir fl-impjiegi u li dawn ikunu aktar inklussivi u li għandhom jiġu mwaqqfa istituzzjonijiet effettivi biex iservu ta’ sħubija ta’ solidarjeta’ ta’ koperazzjoni u ta’ responsabbilita’ bħala l-qafas tal-agenda tal-iżvilupp sostenibili fil-Meditteran
Dawn kienu l-oqsma identifikati mill-Ministru Leo Brincat għall-Iżvlupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima waqt it-tnehdija tal-proċess li jirrevedi l-istrateġija tal-iżvilupp sostenibbli fil-Meditteran li l-għan tagħha hu li jiġu riveduti strateġiji u deċiżjonijiet bejn il-gvernijiet tar-reġjun tal-Mediterran bil-għan li jitħares l-iżvilupp sostenibbli. Dan kollu taħt il-ħarsien tal-assemblea ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Dan sabiex jiġi żgurat li r-reġjun tal-Meditteran jibqa fuq quddiem fejn tidħol governanza ambjentali u sostenibli.
Pass importanti bħal dan jissarraf b’mod pożittiv biss la darba d-dimensjonijiet ambjentali flimkien ma’ dawk soċjo-ekonomiċi jitħalltu flimkien b’mod partikolari meta jitħarsu policies tal-ekonomija l-ħadra. Dan jista’ biss isir meta wieħed iħares bi prijorita’ lejn is-Sovranita’ nazzjonali dwar riżorsi naturali, il-parteċipazzjoni attiva minn stakeholders interessati, kif ukoll tkabbir sostenibbli u inklussiv.
Ma dawn, kompla Il-Ministru Brincat hemm il-koperazzjoni ta’ finanzjament internazzjonali, it-trażżin diskriminatorju tal-kummerċ kif ukoll il-ħtieġa li jinstab mod kif jinqered il-faqar u n-nuqqas ta’ ugwaljanza, l-istabilita’ u l- protezzjoni soċjali u kif wieħed għandu jfittex mod prattiku ta’ kif jippromwovi konsum u produzzjoni sostenibbli.
Kienu preżenti għal din il-konferenza Murat Turan, mill-Bureau Presidency of the Contracting Parties to the Barcelona Convention, Maria Luisa Silva Mejias UNEP/MAP Coordinator and Executive Secretary of the Barcelona Convention, Hugues Ravanel Plan Bleau Director, Marguerite Camilleri bħala l-President of the Steering Committee of the Mediterranean Commission for Sustainable Development flimkien ma’ oħrajn fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli f’Malta.
Diskors Anness :
PR140250a.pdf
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en