STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ENERĠIJA U L-KONSERVAZZJONI TAL-ILMA
Libell kontra dikjarazzjonijiet malafamanti mill-Oppożizzjoni – Ipokrezija minn naħa tal-Oppożizzjoni
Il-Ministru għall-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma Konrad Mizzi dalgħodu ressaq libell fil-konfront ta’ Media.link Communications għall-artiklu ppublikat fil-faċċata tal-ġurnal tal-Partit Nazzjonalista, in-Nazzjon.
Il-libell, fil-konfront tal-editur tan-Nazzjon tressaq abbażi tad-dikjarazzjonijiet malafamanti u inveritiera fl-artiklu.
Għal kuntrarju ta’ dak li qed jiġi allegat f’dan ir-rapport, il-persuna msemmija ma ħadet l-ebda promozzjoni taħt dan il-Gvern. L-Oppożizzjoni jmissha taf eżatt taħt liem amministrazzjoni u taħt liema ministru din il-persuna ngħatat promozzjoni.
L-abbuż li nqabad issa, taħt amministrazzjoni serja, ilu għaddej mill-2011. Ikun aħjar għall-Oppożizzjoni li tgħid għalfejn qatt ma ħadet azzjoni meta kien hemm fil-Gvern il-Partit Nazzjonalista.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en