DISKORS TAS-SEGRETARJU PARLAMENTARI EDWARD ZAMMIT LEWIS WAQT IT-TNEDIJA TAL-ESKILLS MALTA FOUNDATION
Sur Tony Sultana
Onor. Ministru Bartolo
Mistiedna
Is-suċċess ta’ ekonomija kompetittiva f’dinja dejjem aktar globalizzata hija intrinsikament marbuta ma’ kif jirnexxilna nibnu l-ħiliet tagħna. Il-viżjoni tagħna għal Malta sabiex tkun fost l-aqwa ekonomiji innovativi u kompettitivi fid-dinja tirrikjedi eko-sistema u infrastruttura ta’ riżorsi umani b’saħħitha.
B’mod partikolari fil-qasam tal-ekonomija diġitali, m’hemmx dubju li l-pajjiżi li għarfu li għandhom ifasslu pjan sistematiku għall-ħiliiet fl-ICT huma dawk il-pajjiżi fost l-aktar avvanzati u li qed jagħmlu suċċess fl-ekonomija globali tal-lum. Huwa għallhekk li l-programm tal-Gvern ta importanza speċifika lill-ekonomija diġitali, u b’mod speċifiku t-tisħiħ ta’ dik li kienet l-eSkills Alliance.
Filwaqt li għarafna x-xogħol siewi li kien sar, ma kienx hemm dubju li stajna nagħmlu ferm aħjar. Smajna l-opinjonijiet ta’ imsieħba varji u indentifikajna t-tibdil li rridu naraw li jsir sabiex verament nilħqu l-għanijiet tagħna għall-pajjiżna.
1. Rajna domanda għal aktar aċċess u rapreżentazzjoni, u allura rridu niżguraw li l-inizjattivi f’dan il-qasam jirriflettu r-realta’ li l-akbar domanda għal professjonisti fl-ICT ġejja mill-industrija tal-iGaming.
2. Rajna ukoll li l-importanza li nattiraw investiment ġdid lejn pajjiżna huwa marbut mal-kwalita’ tar-riżorsi umani li kapaċi noffru. Dan ifisser li biex nattiraw aktar investiment siewi fl-ICT irridu niżguraw li din id-domanda tal-ħiliet ssir parti mill-ippjanar tas-sistema edukattiva tagħna.
3. Finalment, rajna li l-bżonn li l-inizjattiva tal-eSkills ma’ tibqax biss forma ta’ kumitat fi ħdan il-MITA pero tingħata struttura ġdida sabiex tkun tista’ topera b’mod flessibli, ikollha r-riżorsi tagħha, u jkollha l-kapaċita’ biex tesegwixxi u tisfrutta opportunitajiet varji.
Il-Gvern għallhekk iddeċieda li jifforma Purpose Foundation b’ħames għanijiet speċifiċi
1. Sabiex tagħti pariri, kemm lill-Gvern kif ukoll lil stakeholders oħra dwar policies fil-qasam tal-eSkills. Dan għandu jinkludi studji ta’ demand u supply tal-eSkills.
2. Tikkontribwixxi għat-tkabbir ta’ programmi edukattivi fl-ICT.
3. Tagħti spinta għall-iżvilupp tal-professjoni fil-qasam tal-ICT
4. Tiżgura li l-bżonnijiet tal-futur qed jiġu riflessi fis-strutturi edukattivi tal-ICT,
5. Tħares lejn l-opportunitijiet sabiex Malta tkun ċentru tal-eSkills u t-taħriġ fl-ICT f’kuntest internazzjonali.
L-eSkills Malta Foundation hija ifformata bis-sħab bejn il-Gvern, bir-rapreżentazzjoni tal-Edukazzjoni, u l-entitajiet attivi fis-settur tal-impieg f’dan il qasam, inklużi l-Malta Enterprise, il-Korporazzjoni ta' Xogħol u t-Taħriġ (ETC), L-Awtorità tal-Lotteriji u Logħob (LGA), L-Awtorità Maltija għall-Kommunikazzjoni (MCA) u l-MITA, kif ukoll l-industrija rrapreżentata mill-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija.
Il-mandat jinkludi ukoll l-abilita’ li jitwaqfu numru ta’ kummitati aktar wiesgħa li jkunu jistgħu jirriflettu aktar il-bżonnijiet ta’ msieħba oħra. L-involviment ta’ dawn l-imsieħba msemmija għandu jwassal biex tinħoloq sinerġija pożittiva sabiex:
| 1) | Ikun ikkrejat ambjent ta’ kollaborazzjoni (network) bejn l-imsieħba li lkoll għandhom għanijiet differenti fis-soċjeta |
| 2) | Tissaħħaħ il-kapaċità għall-implementazzjoni, b’kollaborazzjoni akbar bejn l-imsieħba fil-fondazzjoni. |
Fil-ġimgħat li ġejjin ser invaraw strateġija ħolistika msejħa Digital Malta li se tinkludi inizzjattivi u programmi li jirriflettu u li se jwassalu lill-pajjiżna sabiex ikun fost l-aqwa fid-dinja f’dan il qasam.
L-eSkills Malta Foundation tirrifletti ukoll inizjattiva madwar l-Ewropa sabiex tindirizza d-domanda għall-impjieg fl-ICT. Il-Fondazzjoni għandha għallhekk tirrifletti l-prinċipji li qed tippromwovi l-Unjoni Ewropea fil-Grand Coalition for Digital Jobs.
Din l-inizjattiva hija mfassla fuq viżjoni ambizzjuża għall-pajjiżna. Nemmnu li jekk inkunu għaqlin, u kapaċi nippjanaw investiment b’mod strutturat u inklussiv nistgħu ntejbu bil-kbir il-value chain tal-edukazzjoni u l-impjieg li wara kollox jiffurmaw bażi essenzjali għall-ekonomija ta’ pajjiżna.
Nirringrazzja lil Ministru ghall-Edukazzjoni Evarist Bartolo għall-kooperazzjoni tieghu.
Grazzi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en