IMĦABBRA ŻEWĠ SKEMI GĦAL HOUSING AFFORDABBLI
Dalgħodu l-Ministru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali, Marie-Louise Coleiro Preca ħabbret li l-Awtorita’ tad-Djar se toħroġ għal bejgħ numru ta’ propjetajiet flimkien mal-ftuħ mill-ġdid tal-iskema Sir Sid Darek.
Il-Ministru Coleiro Preca sostniet li l-Awtorita’ se tkun qed tbiegħ 46 dar flimkien ma’ 40 garaxx bi prezz sussidjat ta’ 35%. Dan għal kuntrarju ta’ dak li kien isir qabel meta s-sussidju kien ta’ 25%.
Il-Ministru spjegat kif din l-iskema hija mmirata għall-koppji bi dħul baxx biex ikunu jistgħu jixtru housing affordabbli.
Hija tkellmet ukoll dwar il-ftuħ tal-iskema Sir Sid Darek fejn il-Gvern qed jagħti l-opportunita’ lil dawk li qed jgħixu f’postijiet tal-Gvern biex isiru sidien ta’ djarhom.
Il-Ministru Coleiro Preca sostniet li s-sussidju għal din l-iskema se jkun ta’ 50% wara li ried jinstab bilanċ bejn il-benefikat li jkun wettaq l-inkwilin u l-investiment fit-taxxi mill-poplu.
Hija aċċennat li għall-ewwel darba saret espansjoni tal-kriterji li stabilixxew il-valutazzjoni tal-prezz tal-propjeta’. Dan għal kuntrarju li kien isir fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti meta saħansitra fost l-oħrajn il-pożizzjoni tal-post lanqas kienet tiġi kkunsidrata.
Il-Ministru qalet li għal din l-iskema huwa eliġġibli kulħadd hekk kif fil-passat kienu jkunu dawk l-inkwilini li jkunu tal-inqas ilhom jgħixu aktar minn seba’ snin.
Il-Ministru Coleiro Preca qalet li dawn l-iskemi qed jagħtu sussidju adegwat biex titwettaq ġustizzja soċjali mas-soċjeta’ ċivili.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en