Left arrow Mur Lura

Delegazzjoni mill-Parlament Malti attendiet għall-Għaxar Sessjoni Plenarja tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni tal-Mediterran

pr140233
Date Icon 12/02/2014

Nhar it-8 u d-9 ta' Frar 2014, delegazzjoni mill-Parlament Malti attendiet għall-Għaxar Sessjoni Plenarja tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni tal-Mediterran (PA-UFM), illi saret f'Amman, fil-Ġordan.

Id-delegazzjoni Maltija kienet magħmula mill-Onor. Michael Falzon, Kap tad-delegazzjoni, u mill-Onor. Censu Galea u l-Onor. Silvio Schembri bħala Membri.


Għal din il-laqgħa attendiet ukoll l-Onor. Justyne Caruana, Kap tad-delegazzjoni Maltija għall-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran, li anke għamlet intervent.


Fl-ewwel ġurnata ta' din l-Assemblea, il-Membri Parlamentari Maltin ħadu sehem fil-laqgħat tad-diversi Kumitati fi ħdan din l-istess Assemblea.  L-Onor. Michael Falzon ipparteċipa fil- Kumitat Politiku u fil-Kumitat Kulturali; l-Onor. Censu Galea ħa sehem fil-Kumitat Politiku u dak dwar il-Klima u Enerġija; filwaqt li l-Onor. Silvio Schembri pparteċipa fil-Kumitat Politiku u fil-Kumitat Ekonomiku.


Fit-tieni ġurnata, il-Membri Parlamentari Maltin ħadu sehem fis-Sessjoni Plenarja li kienet indirizzata, fost oħrajn, mill-President tal-Parlament Ewropew Martin Schultz u mill-Prinċep tal-Ġordan Hasan Ben Talal.

Fost it-temi prinċipali diskussi waqt is-Sessjoni Plenarja kien hemm il-kwistjoni Palestinjana,  is-sitwazzjoni tar-rifuġjati fir-reġjun u s-sitwazzjoni prekarja fis-Sirja.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow