Delegazzjoni mill-Parlament Malti attendiet għall-Għaxar Sessjoni Plenarja tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni tal-Mediterran
Nhar it-8 u d-9 ta' Frar 2014, delegazzjoni mill-Parlament Malti attendiet għall-Għaxar Sessjoni Plenarja tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni tal-Mediterran (PA-UFM), illi saret f'Amman, fil-Ġordan.
Id-delegazzjoni Maltija kienet magħmula mill-Onor. Michael Falzon, Kap tad-delegazzjoni, u mill-Onor. Censu Galea u l-Onor. Silvio Schembri bħala Membri.
Għal din il-laqgħa attendiet ukoll l-Onor. Justyne Caruana, Kap tad-delegazzjoni Maltija għall-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran, li anke għamlet intervent.
Fl-ewwel ġurnata ta' din l-Assemblea, il-Membri Parlamentari Maltin ħadu sehem fil-laqgħat tad-diversi Kumitati fi ħdan din l-istess Assemblea. L-Onor. Michael Falzon ipparteċipa fil- Kumitat Politiku u fil-Kumitat Kulturali; l-Onor. Censu Galea ħa sehem fil-Kumitat Politiku u dak dwar il-Klima u Enerġija; filwaqt li l-Onor. Silvio Schembri pparteċipa fil-Kumitat Politiku u fil-Kumitat Ekonomiku.
Fit-tieni ġurnata, il-Membri Parlamentari Maltin ħadu sehem fis-Sessjoni Plenarja li kienet indirizzata, fost oħrajn, mill-President tal-Parlament Ewropew Martin Schultz u mill-Prinċep tal-Ġordan Hasan Ben Talal.
Fost it-temi prinċipali diskussi waqt is-Sessjoni Plenarja kien hemm il-kwistjoni Palestinjana, is-sitwazzjoni tar-rifuġjati fir-reġjun u s-sitwazzjoni prekarja fis-Sirja.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en