GVERN LI JISMA' - JIBDEW IL-LAQGĦAT TA' DJALOGU
Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo u s-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ u Sport Stefan Buontempo ħadu sehem fl-ewwel laqgħa ta' djalogu mal-pubbliku bit-tema Gvern li jisma' - Viċin Tiegħek fil-Kumpless Sportiv tal-Kottonera.
Fost it-temi diskussi fil-laqgħa kien hemm dik tal-proġett pilota tat-tablets, il-koedukazzjoni, l-assentejiżmu fl-iskejjel, taħriġ vokazzjonali, l-għaqdiet sportivi u l-iżvillup tal-isports sostennibbli fost iż-żgħażagħ.
Il-Ministru tkellem ukoll fuq il-bini ta' skejjel ġodda fl-isfond tal-introduzzjoni tal-kunċett tal-middle school kif ukoll dwar id-dħul tas-servizz ta' childcare b'xejn.
Gvern li jisma' jkompli llum bil-Ministru għas-Saħħa Godfrey Farrugia gewwa l-isptar Mater Dei.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en