Left arrow Go Back

JITWAQQAF IL-KUNSILL TA’ KOORDINAZZJONI ĠENERALI

pr140231
Date Icon 12/02/2014

Ġie mwaqqaf il-Kunsill ta’ Koordinazzjoni Ġenerali bil-għan li jinħoloq aktar komunikazzjoni u sinerġija, filwaqt li jiġu mistħarrġa possibilitajiet ġodda għat-tnaqqis tal-burokrazija, fil-ħidma tal-Gvern. Dan il-Kunsill, li jlaqqa’ flimkien il-kapijiet tal-Ministeri u Dipartimenti tal-Gvern kif ukoll kumpaniji u entitajiet tal-Gvern u rappreżentanti tal-kunsilli lokali, se jwassal biex tiżdied l-effiċjenza, jonqos id-dewmien u jiġu ffrankati l-flus.

Il-Kunsill ta’ Koordinazzjoni Ġenerali se jkun ippresedut mis-Segretarju Permanenti Ewlieni fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, bil-Kummissarju għas-Simplifikazzjoni u Tnaqqis tal-Burokrazija bħala ko-chairperson. Il-membri se jkunu s-Segretarji Permanenti tal-Ministeri kollha, il-Kummissarju tal-Pulizija, il-Kap Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta, il-President tar-Reġjuni, id-direttur (operations) fl-uffiċċju tas-Segretajru Permanenti Ewlieni fl-Uffiċju tal-Prim Ministru u l-kapijiet eżekuttivi ta’ diversi kumpaniji u entitajiet tal-Gvern.

Dan il-Kunsill se jiltaqa’ skont kemm ikun hemm bżonn imma almenu kull tlett xhur u se jkollu d-dritt li jistieden uffiċjali oħra, jew esperti tekniċi, skond il-każ, jiddependi mis-suġġett fuq l-aġenda tal-laqgħa.

Se jkun hemm ukoll sitt units fi ħdan il-Kunsill ta’ Koordinazzjoni Ġenerali responsabbli mill-oqsma speċifiċi tal-infrastruttura, Valletta 2018, Soċjali, Ekonomija, Ħwejjeġ Nazzjonali u Sigurta`, u Għawdex. Dawn il-units għandhom jiltaqgħu skond meta u kemm ikun meħtieġ iżda almenu darba kull xahar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow