STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
Il-Ministru responsabbli mix-xandir pubbliku, Manuel Mallia feraħ lill-Firelight tas-suċċess li kisbet fil-Malta Eurovision Song Contest permezz tal-kanzunetta ‘Coming Home’. Dr. Mallia feraħ ukoll lill-kantanti kollha li taw sehemhom u appellalhom biex ikomplu jagħtu l-kontribut tagħhom f’edizzjonijiet oħra tal-Malta Eurovision Song Contest. Il-Ministru Mallia ħeġġeġ lill Firelight biex jużaw din l-esperjenza bħala ċavetta li tista’ tiftaħ ħafna bibien ta’ opportunitajiet fil-karriera tagħhom. Iżda aktar minn hekk, permezz ta’ din l-esperjenza, ser ikollhom opportunità li ma jkollhomx ħafna persuni, dik li jirrapreżentaw lil pajjiżhom. Għalhekk, l-impenn irid ikun akbar, mhux biss mill-band innifisha imma anke mill-PBS li huma responsabbli mill-prodott li Malta ttellgħa fid-Danimarka. Minn naħa tiegħu l-Ministru Mallia assigura li l-PBS , kif dejjem sabet, ser tkompli ssib is-sostenn tal-gvern biex fuq livell internazzjonali, biex inkunu nistgħu niġu rrapreżentati kif xieraq.
Il-Ministru Manuel Mallia rringrazzja lit-tmexxija tal-PBS tal-professjonalità li bih itella’ dan il-Eurovision Song Contest. Iżda dan ma setax isir mingħajr il-professjonalità u s-sagrificcju li urew il-ħaddiema li qattgħu siegħat twal biex jagħtu prodott ta’ kwalità. Il-Ministru Mallia ħeġġeġ lil kulħadd biex issa tibda l-ħidma għal Mejju u wara għal Junior Eurovision Song Contest li għall-ewwel darba ser isir f’pajjiżna.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en