MEDJAZZJONI: IT-TRIQ ‘IL QUDDIEM GĦAL RIFORMA TAL-ĠUSTIZZJA ĊIVILI
“Il-Medjazzjoni hija s-soluzzjoni sabiex tiġi aċċertata riforma ta’ suċċess fis-sistema ġudizzjarja ċivili. Permezz tal-medjazzjoni il-partijiet f’każijiet il-qorti, jkunu jistgħu jidentifikaw il-punti li fuqhom jistgħu jilħqu ftehim, u dawk li ma jistgħux jaqblu fuqhom. B’dan il-mod il-Qorti tkun tista’ tikkonċentra u tiffoka iktar fuq l-affarijiet li jenħtiegu deċiżjoni u b’hekk jonqos dewmien żejjed, u l-ħin jiġi użat bl-iktar manjiera effiċjenti.”
Dan intqal waqt seminar organizzat miċ-Ċentru tal-Medjazzjoni ta’ Malta dwar id-Direttiva 2008/52 KE tal-UE dwar l-użu ta’ medjazzjoni bħala alternattiva għall-proċeduri fil-Qrati. Is-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja Owen Bonnici aċċena li l-medjazzjoni hija għodda li mhux biss tista’ tkun ta’ għajnuna bħala alternattiva pożittiva, iżda ukoll mekkaniżmu li jassisti biex il-partijiet jingħataw il-ġudizzju mill-qorti fl-iqsar żmien.
Iċ-Ċentru ta’ Medjazzjoni ta’ Malta ġie mwaqqaf skont il-proviżjonijiet tal-Att ta’ Medjazzjoni, 2004 (Kap. 474), iktar minn 8 snin ilu u kif titlob il-liġi, bena l-isfrastruttura biex jiġi stabbilit iċ-ċentru, fejn il-partijiet flimkien mal-medjatur, jistgħu imorru sabiex jilħqu ftehim bejniethom.
Iċ-Ċentru fassal Kodiċi ta’ Kondotta biex jitħares mill-medjaturi waqt il-proċeduri ta’ medjazzjoni. Ġiet stabbilita tariffa ta’ pagament maħruga miċ-Ċentru u mill-medjaturi bħala ħlas għas-servizz tagħhom. Ġiet ukoll organizzata sistema ta’ kif jiġu appuntati il-medjaturi u fil-fatt ser jiġu organizzati żewġ seminars għal-Medjaturi. Minbarra dan, inħolqot lista ta’ Medjaturi Kwalifikati.
Matul is-Seminar, Dr Michael Tanti Dougall, l-Acting Chairperson taċ-Ċentru tal-Medjazzjoni ta’ Malta spjega kif hija sfortuna li minkejja l-isforzi u l-promozzjoni li saru miċ-Ċentru għad m’hemm l-ebda applikazzjoni għall-Medjazzjoni diretta minn partijiet li qed ibgħatu biex jilħqu ftehim bejniethom.
Bla dubju ta’ xejn, mhux faċli biex tikkonvinċi lil nies ta’ ċertu eta’ biex jaċċettaw il-medjazzjoni bhala alternattiva kredibbli minflok argumenti, u nuqqas ta’ qbil, l-iktar minħabba li l-kultura ma tinbidilx minn lejl għal nhar. Għaldaqstant, iċ-Ċentru iffoka l-iktar fuq strateġija li taħdem fit-tul, permezz ta’ ftehim li sar mill-Awtoritajiet fil-qasam tal-Edukazzjoni, biex mis-sena l-oħra, tfal ta’ skejjel primarji tas-sitt sena nagħtaw taħrig dwar kif jistgħu jiġu solvuti kunflitti, u kif issir kommunikazzjoni aħjar bejn żewġ partijiet. Dan seħħ waqt il-lezzjoni tal-‘Personal and Social Development’ (PSD).
Sabiex tinkiseb l-għajnuna u l-kooperazzjoni mill-edukaturi, biex jiġi assigurat is-suċċess ta’ din il-promozzjoni ta’ medjazzjoni fl-iskejjel, Dr. Tanti Dougall spjega kif iċ-Ċentru kellu taħtidiet mal-uffiċjali fil-fakulta tal-Edukazzjoni, biex kien possibli ċ-Ċentru ta’ Medjazzjoni ġie inkorporat fil-Kors B.Ed. (Hons).
Informazzjoni dwar id-Direttiva tal-Medjazzjoni tal-Unjoni Ewropea
Il-Proviżjonijiet tad-Direttiva 2008/52/KE tal-Kunsill Ewropew ċerti aspetti ta’ medjazzjoni f’materji ċivili u kummerċjali gew inkluzi fl-Att ta’ Medjazzjoni billi saru tibdiliet fl-Att IX tal-2011. Għalkemm li d-Direttiva tapplika biss għal tilwim barra minn xtutna, tagħmilha ċara li l-UE mhiex ser twaqqaf lil l-Istati Membri milli japplikaw għal proviżjonijiet kif ukoll għal proċess ta’ Medjazzjoni interna. Fil-każ tagħna, dawn il-proviżjonijiet ġew estiżi biex ikunu jistgħu japplikaw ukoll għal tilwim domestiku.
Filfatt il-proviżjonijiet tal-Att tal-Medjazzjoni tagħna, kienu kwazi jaqblu bis-sħiħ ma’ dawk tad-Direttiva, bl-eċċezzjoni ta’ dawn il-tibdiliet li kienu meħtieġa sabiex jiġu jaqblu kompletament ma’ dawk tal-Unjoni Ewropea:
| i) | Ġew definiti t-termini “it-Tilwim barra minn xtutna”, u “medjazzjoni internazzjonali”; |
| ii) | Ġaladarba jaqblu l-partijiet, il-ftehim finali tal-Medjazzjoni għandu s-saħħa ta’ titolu eżekuttiv; |
| iii) | Kunfidenzjalità m’għandiex tapplika f’każijiet ta’ implimentazzjoni jewinfurzar ta’ termini li ġew mifthiema, kif ukoll għal Politika Pubblika. |
| iv) | Medjaturi għandhom jirrifjutaw li jieħdu każijiet ta’ medjazzjoni f’każ li jkun hemm kunflitt ta’ interess, anke jekk il-partijiet jaċċettaw dan u; |
| v) | Limitazzjonijiet u perjodi preskrittivi għandom jiġu sospiżi waqt il-proċeduri tal-medjazzjoni. |
Id-Direttiva hija biss fuq bażi ta’ medjazzjoni volontarja, pero artiklu 5(2), jipprovdi li d-Direttiva hi mingħajr preġudizzju għal liġi nazzjonali u b’hekk l-Mejazzjoni issir obbligatorja jew soġġetta għal inizjattivi jew sanzjonijiet, dejjem jekk il-partijiet mhumiex imċaħħda milli jidhru quddiem il-qorti.
Mis-26 Stati Membri li implimentaw id-direttiva, hija biss l-Italja li llegislat favur li l-medjazzjoni tkun obbligatorja f’każijiet ta’ tilwim kemm ċivili kif ukoll kummerċjali.
Skont il-proviżjonijiet tal-Legislazzjoni Taljana Grad nru. 69/2013, il-qorti għandha s-saħħa li ma taċċettax li ssir medjazzjoni u li tiddeċiedi li f’ċerti każijiet ta’ naturaċivili jew kummerċjali ma jingħatax dan is-servizz, sakemm ma tkunx diġa saret talba mill-partijiet biex jintlaħaq ftehim bil-medjazzjoni.
Stati Membri oħra introduċew miżuri oħra b’element obbligatorju. Per eżempju fil-Bulgarija, Ungarija, Polonja u fir-Rumanija, partijiet fejn il-qorti titlob proceduri ta’ medjazzjoni biex jintlaħaq ftehim, jingħataw parti mis-somma jew is-somma sħiħa tal-flus li jitħallsu għall-amministrazzjoni tal-qorti.
L-Att ta’ Medjazzjoni tagħna, jista’ jaqa’ taħt il-kategorija ta’ semi-obbligatorju. Artiklu 17(2) u 18(2)(b) jistipulaw li l-proċeduri ta’ medjazzjoni,jistgħu (mhux bilfors), jiġu mħallsa mill-partijiet wara li l-qorti, fuq inizjattiva tagħha, tordna li bil-medjazzjoni ser jintlaħaq ftehim aħjar.
Iktar minn hekk, artiklu 223(5) tal-kodici tal-Organizazzjoni u Proceduri Ċivili jgħid li parti li jirrifjuta jew jonqos milli jippartecipa fil-kollaborazzjoni ma’ medjatur, il-Qorti tista’ twehhlu ħlas doppju u favur il-parti l-ohra, minħabba li jkun irrifujta.
Il-Medjaturi
Sabiex ikun hemm l-infrastruttura neċessarja f’postha, iċ-Ċentru għamel żewg korsijiet ta’ medjazzjoni, wieħed f’Lulju 2008 u l-ieħor fi Frar 2009. Fuq ir-Registru, sal-lum hemm 54 medjatur kwalifikat.
Sabiex jiġi żgurat li persuni kwalifikati bħala medjaturi, ikollhom l-aqwa ħilijiet u abbiltajiet fil-qasam ta’ medjazzjoni, iċ-Ċentru għamel arrangament mal-Università ta’ Malta, biex jintroduċi kors li jwassal biex wieħed jiggradwa b’Diploma fil-Medjazzjoni. L-ewwel kors beda fi Frar 2011, fuq bażi part-time. F’Jannar 2012 il-kors ġie aġġornat għal Master of Arts in Mediation u issa jingħata fuq bażi ta’ part-time kors għal perjodu ta’ tliet snin. L-ewwel grupp li kien jikkonsisti f’għaxar studenti, intemm f’Diċembru li għadda, u l-Masters Degree ġiet ikkonferita lis-sitt studenti li issottomettu d-dissertazzjoni tagħhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en