Left arrow Go Back

KUMMISSARJU GĦOLI ĠDID TA’ MALTA GĦAL ĊIPRU

pr140225mt
Date Icon 08/02/2014

Il-Kummissarju l-ġdid ta’ Malta għal Ċipru, is-Sur Charles Stafrace, ippreżenta l-Kredenzjali tiegħu lill-Eċċellenza Tiegħu s-Sur Nicos Anastasiades, President tar-Repubblika ta’ Ċipru, nhar it-Tlieta 4 ta’ Frar 2014 waqt ċerimonja li saret fil-Palazz Presidenzjali, f’Nikosija. Preżenti kien hemm ukoll il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Ionnis Kasaloudis, il-Kap tal-Uffiċju tal-President Panagiotis Antoniou, kif ukoll il-Konslu Ġenerali Onorarju ta’ Malta f’Limassol, Michael Louisiades.

Wara li ntlaqa’ b’ferh, il-Kummissarju Għoli Stafrace stqarr li Malta u Ċipru, li kienu waqqfu relazzjonijiet diplomatiċi 40 sena ilu, u t-tnejn huma gżejjer żgħar fil-Mediterran, għal żmien twil kellhom jiltaqgħu mal-istess problemi u jaqsmu l-istess destin li ra liż-żewġ pajjiżi jidħlu fl-Unjoni Ewropea flimkien fis-sena 2004. Is-Sur Stafrace qal li kien kuntent li dawn ir-relazzjonijiet bilaterali żammew sodi matul iż-żmien għall-ġid ta’ niesna u tar-reġjun, u irringrazzja lill-President Anastasiades għas-sehem tiegħu fit-taħditiet bejn it-tliet naħat li saru x-xahar l-ieħor bejn Malta, Ċipru u l-Greċja fuq affarijiet marittimi. Is-Sur Stafrace faħħar ukoll l-isforzi li qed jagħmel il-President Anastasiades sabiex isib soluzzjoni fil-kwistjoni Ċiprijotta.

Il-President wiegħed li ser ikompli jfittex soluzzjoni dejjiema għal din il-problema għall-ġid taż-żewġ kommunitajiet, filwaqt li jibqa’ jirsisti biex joħroġ lil Ċipru mill-krizi ekonomika li jinsab fiha. Dwar il-Mediterran, il-President faħħar il-Med Group, li Malta ukoll tifforma parti minnu, u li għandu l-għan li jikkordina r-rispons kollettiv għall-isfidi tagħna fir-reġjun tal-Mediterran

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow