Left arrow Mur Lura

LEJN PJAN NAZZJONALI GĦAS-SOSTENIBILITÀ U L-IMMANIĠĠJAR AĦJAR TAL-ILMA

pr140205
Date Icon 07/02/2014

Jiltaqa’ l-ewwel kumitat Inter-ministerjali bil-għan li tibda titwitta t-triq biex jitfassal Pjan Nazzjonali favur is-Sostenibilita’ u l-immaniġġjar aħjar tal-Ilma.

Dan huwa biss il-bidu minn proċess sħiħ li se jwassal biex dawk kollha involuti fis-settur jagħtu l-kontribut tagħhom f’dan il-pjan.

Matul din il-laqgħa, il-Ministru tal-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-Ilma Konrad Mizzi qal li dan il-pjan irid jelenka dawk l-azzjonijiet li għandhom bżonn jittieħdu biex l-użu tal-ilma f’pajjiżna isir b’mod sostenibbli u jidentifika dak kollhu neċessarju ħalli dawn il-miżuri jiġu implimentati. Qal li s-suċċess ta’ dan il-pjan, minbarra l-kontribut ta’ dawk kollha involuti fil-qasam, jitlob ukoll livell għoli ta’ kordinazzjoni bejn l-entitajiet  kollha li direttament jew indirettament għandhom impatt fuq dan is-settur.

Qal li l-produzzjoni tal-ilma ma tistax tibqa titqies bħala indipendenti mill-immaniġġjar aħjar tad-domanda għall-ilma. Għalhekk, huwa mportanti li f’pajjiżna nerġgħu indaħħlu kultura favur il-konservazzjoni tal-ilma u biex dan isir, hemm bzonn l-impenn ta’ kulħadd.

Spejga kif waħda mill-inizjattivi meħuda mill-Ministeru tal-Enerġija u l-Konservazzjoni tal-ilma kienet dik li twaqqaf unit bil-għan li jieħu ħsieb l-iżvilupp tal-policies għal dan il-qasam. Fl-aħħar xhur, il-Ministeru kien qed janalizza s-sitwazzjoni eżistenti fis-settur biex jiġu identifikati l-fatturi li jeħtieġ ikunu indirizzati.

Il-Ministru Konrad Mizzi appella biex dawk kollha involuti fil-qasam jagħtu l-kontribut tagħhom għaliex huwa b’dan il-mod biss li l-pjan jista’ jkun suċċess.

Għal din il-laqgħa attendew rappreżentanti t’aktar minn disgħa ministeri u entitajiet differenti li b’xi mod jew ieħor għandhom impatt fuq dan is-settur.

L-Istadju li jmiss se jinvolvi l-organizzazzjoni ta’ konferenza nazzjonali dwar din il-materja bil-parteċipazzjoni tal-istakeholders kollha.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow