STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU
Il-Prim Ministru, Ministri u Segretarji Parlamentari kif ukoll Membri Parlamentari fuq in-naħa tal-Gvern se jkunu qed iżuru lokalitajiet f’Malta u Għawdex fit-tieni sensiela ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni man-nies. Dan ħabbruh il-Kap tal-Kommunikazzjoni tal-Gvern Kurt Farrugia u d-Deputat Chief of Staff fl-Uffiċju tal-Prim Ministru Mark Farrugia waqt konferenza tal-aħbarijiet.
Kurt Farrugia qal li dan il-Gvern huwa viċin in-nies u mhux se jingħalaq ġo fih, imma minflok se jibqa’ jisma’ s-suġġerimenti, ilmenti u ideat ta’ kif il-Gvern jista’ jaħdem aħjar.
Mark Farrugia qal li l-laqgħat se jibdew nhar it-Tlieta 11 ta’ Frar u b’kollox se jkun hemm 17-il laqgħa mal-Ministri u Segretarji Parlamentari kollha. Huwa qal li kull laqgħa hija stmata li ddum sagħtejn b’sensiela ta’ interventi tal-pubbliku.
Din l-inizjattiva hija waħda minn sensiela ta’ inizjattivi oħrajn tal-Gvern biex ikun viċin in-nies u fi ftit inqas minn sena saru żewġ laqgħat tal-Kabinett f’lokalitajiet waħda fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta u l-oħra fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta kif ukoll sensiela ta’ laqgħat oħra bit-tema Gvern li jisma’.
Dawn il-laqgħat u inizjattivi huma parti mit-twettiq tal-programm elettorali ta’ dan il-Gvern.
Hawn taħt issibu l-programm ta’ laqgħat mis-sensiela Viċin in-Nies – Gvern li Jisma’.
Ġurnata | Data | Ħin | Membru tal-Kabinett |
It-Tlieta | 11 Frar | 6.30pm | Evarist Bartolo Stefan Buontempo |
L-Erbgħa | 12 Frar | 6.30pm | Godfrey Farrugia |
Il-Ħamis | 13 Frar | 6.30pm | Manwel Mallia |
Il-Ġimgħa | 14 Frar | 6.30pm | Leo Brincat Roderick Galdes |
It-Tnejn | 17 Frar | 6.30pm | Owen Bonnici |
It-Tlieta | 18 Frar | 6.30pm | Chris Cardona Edward Zammit Lewis |
L-Erbgħa | 19 Frar | 6.30pm | Karmenu Vella Jose Herrera |
Il-Ħamis | 20 Frar | 6.30pm | Michael Farrugia |
Il-Ġimgħa | 21 Frar | 6.30pm | George Vella |
It-Tnejn | 24 Frar | 6.30pm | Helena Dalli |
It-Tlieta | 25 Frar | 6.30pm | Edward Scicluna |
L-Erbgħa | 26 Frar | 6.30pm | Marie Louise Coleiro Franco Mercieca |
Il-Ħamis | 27 Frar | 6.30pm | Joe Mizzi |
L-Erbgħa | 5 Marzu | 6.30pm | Anton Refalo |
Il-Ħamis | 6 Marzu | 6.30pm | Konrad Mizzi |
Is-Sibt | 8 Marzu | 10.30am | Louis Grech Ian Borg |
It-Tnejn | 10 Marzu | 6.30pm | Prim Ministru |
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en