Left arrow Go Back

IL-GVERN INNOMINA L-PROFESSUR JOHN MAMO BĦALA KUMMISSARJU GĦAL EXPO 2015

pr140203mt
Date Icon 06/02/2014

Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Dr. Chris Cardona ħabbar li l-Gvern Malti innomina l-Professur John Mamo bħala kummissarju għal EXPO 2015, li se ssir f’Milan, l-Italja.

John Mamo, serva bħala professur fid-dipartiment tal-liġi kummerċjali fl-Universita’ ta’ Malta u anke bħala kap tal-istess dipartiment u fl-2002 kien anke maħtur bħala kummissarju tad-Data Protection. Prof. Mamo huwa konsulent onorarju għal Mamo TCV u baqa jservi bħala chairman jew direttur ta diversi kumpaniji, fosthom il-Grupp FIAT/Chrysler u anke l-Hyundai Motor Co. Franchise.

Il-Ministru Cardona qal li l-esperjenza tal-Profs. Mamo fil-qasam kummerċjali se sservi biex il-parteċipazzjoni ta’ pajjiżna fl-EXPO 2015 tkun suċċess. 

L-EXPO 2015 se ssir f’Milan l-Italja bejn l-1 ta’ Mejju u l-31 ta’ Ottubru 2015. Il-Bureau Internazzjonali tal-esebituri (BIE) nidiet uffiċjalment l-EXPO 2015 fit-23 ta’ Novembru 2010. Dan wara li l-assemblea ġenerali f’Pariġi ddeċidied favur il-kandidatura ta’ Milan fil-31 ta’ Marzu tal-2008. It-tema tal-EXPO 2015 hija ‘Feeding the planet, energy life’. 

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow