L-ISPEAKER TAL-KAMRA TAR-RAPPREŻENTANTI, ANĠLU FARRUGIA, JATTENDI ĊELEBRAZZJONI FL-OKKAŻJONI TAL-ADOZZJONI TAL-KOSTITUZZJONI ĠDIDA TUNEŻINA
pr140202mt
06/02/2014
Fuq stedina tal-ET Mustapha Ben Jaafar, President tan-National Constituent Assembly tar-Repubblika tat-Tuneżija, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, Anġlu Farrugia, se jattendi ċ-ċerimonji taċ-ċelebrazzjoni fl-okkażjoni tal-adozzjoni tal-Kostituzzjoni Ġdida Tuneżina, li se jsiru f’Tuneż nhar il-Ġimgħa 7 ta’ Frar 2014.
L-Ispeaker se jingħaqad ma’ Kapijiet oħra ta’ Stat u Gvern, li se jattendu ċ-ċerimonji msemmija, meta se jagħmel indirizz qasir li bih se jifraħ lin-National Constituent Assembly tat-Tuneżija f’din l-okkażjoni.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en