Left arrow Go Back

JITĦABBRU SEBA’ ASSISTENTI KUMMISSARJI ĠODDA FIL-KORP TAL-PULIZIJA

pr140196
Date Icon 05/02/2014

Illum tħabbru seba’ Assistenti Kummissarji ġodda fil-Korp tal-Pulizija. Mario Spiteri, Norbert Ciappara, Laurence Cutajar, Carmel Magri, Silvio Valletta, Martin Sammut u Stephen Gatt huma l-assistenti kummissarji l-ġodda.

Waqt il-preżentazzjoni lill-Assistenti Kummissarji, il-Ministru tal-Intern u s-Sigurta’ Nazzjonali, Manuel Mallia qal li jistenna minn għandhom xogħol siewi, xogħol bla favuri u fuq kollox xogħol skont il-liġi. Manuel Mallia  insista li wara  li ġew appuntati  għall-ewwel darba fl-istorja tall-Korp tal-Pulizija, tlett Deputati Kummissarji, issa kien imiss li jitħabbru wkoll l-Assistenti Kummisarji li fl-irwol tagħhom ser ikomplu jgħinu fl-istruttura ġdida u moderna tal-Korp li tara li jkun hemm delegazzjoni ta’ poter. Dan bl-iskop ewlieni li l-Korp jitmexxa aktar b’mod effettiv u prattiku, biex iċ-ċittadin jinqeda malajr u biex il-kriminalita’ tonqos.

Il-Ministru temm jgħid li hu jinsab konvint  li kull wieħed minnhom ser jagħti l-aqwa tiegħu, f’din it-tielet l-ogħla kariga fil-Korp tal-Pulizija.

Waqt l-istess preżentazzjoni , il-Kummissarju tal-Pulizija , Peter Paul Zammit , qal lill-Assistenti Kummisarji il-ġodda, biex filwaqt li qegħdin jitilghu t-tarġa li jmiss, ikomplu għaddejin b’ħidma bla waqfien biex il-pajjiz ikun dejjem aħjar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow