Left arrow Mur Lura

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA

pr140194
Date Icon 05/02/2014

Il-bieraħ tard filgħaxija, erba’ pazjenti li jinsabu rikoverati fl-Isptar Monte Carmeli, iddaħħlu l-Isptar Mater Dei biex jingħataw il-kura meħtieġa wara li ġie osservat li dawn ma kinux f’sikkithom.

Il-pazjenti kienu eżaminati mit-tobba fl-Isptar Monte Carmeli stess u ġie suspettat li kienu ħadu overdose ta’ mediċina.

L-erba’ pazjenti ġew riferuti l-Isptar Mater Dei għal aktar kura u biex jinżammu għall-osservazzjoni.

Il-Kummissarju għas-Saħħa Mentali, Dr. John Cachia kien infurmat bil-każ. Il-pulizija tad-distrett ukoll kienu infurmati bil-każ u qed jagħmlu l-investigazzjoni tagħhom.

Qed isir ukoll rapport intern dwar il-każ.

Kemm il-pulizija kif ukoll il-management tal-Isptar qed jinvestigaw is-sors tal-mediċina.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow