Left arrow Mur Lura

Inressqu l-iSport lejn il-Lokalità

pr140193
Date Icon 05/02/2014

Ħadd daqs il-Kunsilli Lokali ma jista’ jkun sieħeb daqshekk importanti biex inressqu l-iSport lejn il-lokalità, dan għaliex huma l-Kunsilli Lokali li jafu r-realtajiet tal-lokalità tagħhom. Dan qalu s-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-iSport, Stefan Buontempo, waqt laqgħa mar-rappreżentanti tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali.

F’din il-laqgħa is-Segretarju Parlamentari Buontempo semma kif fil-ġimgħat li ġejjin se tiġi mnedija skema “Sport għall-Lokalità”. F’din l-iskema l-Kunsilli Lokali se jkollhom rwol ċentrali fejn se jkunu qed jiġu mistiedna biex iressqu l-ideat tagħhom għall-programm sportiv fil-lokalità tagħhom. Barra minn hekk, se jkunu l-assoċjazzjonijiet sportivi, klabbs u sportivi individwali biex imexxu l-attivitajiet sportivi fil-lokalità tagħhom. Din l-istrateġija se tippermetti li l-attivitajiet sportivi li jsiru jkun ffukati fuq ir-realtajiet tal-komunita’ rispettiva.

Dr. Buontempo semma wkoll li l-għajnuna finanzjarja ser tingħata skont il-popolazzjoni tal-lokalità u ser ikunu eliġibbli kemm il-Kunsilli Lokali kif ukoll il-Hamlets.  M’hix eskluża li numru ta’ Kunsilli Lokali jingħaqdu flimkien biex itellgħu attivitajiet sportivi.

F’din il-laqgħa ġew diskussi oqsma oħra fejn jista’ jkun hemm kollaborazzjoni bejn is-Segretarjat Parlamentari għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-iSport. Fost l-oqsma li ssemmew hemm l-iskemi ffukati għall-għaqdiet taż-żgħażagħ, liema skemi qed jiġu amministrati mill-Aġenzija Żgħażagħ.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow