TNEDIJA TA’ SERVIZZ TA’ CUSTOMER CARE GĦAS-SIGURTÀ SOĊJALI MILL-KUNSILL LOKALI TA’ ĦAL SAFI
Dalgħodu l-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Marie-Louise Coleiro Preca nediet servizz ta’ customer care għas-sigurtà soċjali mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Safi.
Mil-lum ’il quddiem, ir-residenti ta’ Ħal Safi, li qabel kienu jinqdew mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun, issa se jibdew jiġu offruti dan is-servizz mil-lokalità tagħhom stess.
Waqt it-tnedija ta’ dan is-servizz, il-Ministru Coleiro Preca sostniet li rridu nkunu aħna li nersqu viċin iċ-ċittadin u mhux inħallu ċ-ċittadin jitħabat biex jikseb informazzjoni li għandu dritt għaliha.
Wara li ġie mniedi s-servizz, ġie iffirmat ftehim bejn id-Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali Grazio Barbara u s-Sindku ta’ Ħal Safi Francis Callus.
Is-servizz ikopri kwalunkwe benefiċċju tas-sigurtà soċjali, applikazzjoni jew tiġdid tal-karta r-roża, sottomissjoni ta’ ċertifikati tal-mard, rapport ta’ tibdil ta’ ċirkostanzi u jistgħu jsiru talbiet għall-informazzjoni dwar sigurtà soċjali.
Is-servizz se jibda jingħata kull ħmistax-il ġurnata bejn it-tmienja ta’ filgħodu u nofsinhar.
Dan it-tip ta’ servizz diġà qed jingħata fil-lokalitajiet tal-Mellieħa, il-Gudja, ix-Xagħra u Ta’ Sannat.
Bħalissa qed jiġi diskuss kif dan is-servizz jibda jingħata wkoll f’diversi lokalitajiet oħra.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en