Left arrow Go Back

Il-Gvern qiegħed jaħdem biex il-ħaddiema tal-Arrow Pharm li għandhom l-impjieg tagħhom f’riskju, jinstabilhom xogħol alternattiv – il-Ministru Chris Cardona

pr140191mt
Date Icon 05/02/2014

Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Dr. Chris Cardona fl-ewwel reazzjoni tiegħu għad-deċizjoni li kkomunikat il-kumpanija Arrow Pharm qal li kien qiegħed primarjament jibgħat messaġġ ta’ kuraġġ lil dawk il-ħaddiema li għandhom l-impjieg tagħhom f’riskju. “Dan il-Gvern mhux se jabbandunakom u huwa kommess li jsiebilkom impjieg alternattiv, jew f’kumpaniji li diġa qedin fostna jew oħrajn li fi żmien li ġej se jkunu qed jinvestu f’Malta” saħaq Dr. Chris Cardona.

Il-Politika ekonomika ta’ dan il-Gvern diġa qed tibgħat sinjali pozittivi u qed toħloq impejigi ġodda. L-istatistika qed turi diġa kif fl-aħħar 10 xhur nħolqu medja ta’ 19-il impjieg ġdid kuljum. Dan filwaqt li l-Malta Enterprise sal-aħħar tal-2013 approvat 80 proġett ġdid, b’35 minnhom b’investiment dirett barrani.

Fil-kaz tal-Arrow Pharm il-Ministru Cardona qal li l-Gvern prova jagħmel dak kollu possibli biex il-kumpanija ma’ tmurx f’din id-direzzjoni, imma sfortunatament kien infurmat li din kienet deċizjoni li tmur lura għal Novembru 2012, meta l-Watson Pharmaceuticals akkwistat l-Actavis

Dr. Chris Cardona qal li din hija wkoll kwistjoni ta’ spejjez, partikolarment il-prezz tal-enerġija, li affetwaw negattivament il-kompettitivita’ tal-operat.

“Din hija sitwazzjoni li tixhel bozza fuq kemm il-kompettitivita’ taħt l-amministrazzjoni preċedenti tħalliet tiddeterjora. Hija wkoll sinjal ta’ kemm kienet deċizjoni importanti dik li l-Gvern jikkometti ruħu li mis-sena d-dieħla jnaqqas il-kontijiet tal-enerġija għall-Industrija wkoll u jieqaf jgħati xokkijiet lill-Industrija kif spiss kien isir fil-passat” temm jgħid il-Ministru Cardona.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow