Left arrow Mur Lura

LINJI GWIDA DWAR L-EDUKAZZJONI SESSWALI U RELAZZJONALI FL-ISKEJJEL MALTIN

pr140187mt
Date Icon 04/02/2014

F’konferenza stampa iktar kmieni llum, il-Ministeru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol ippubblika linji gwida dwar l-edukazzjoni sesswali u relazzjonali fl-iskejjel Maltin.

Dawn il-linji gwida ġew ippubblikati biex joffru lill-għalliema kollha, kemm fis-settur primarju kif ukoll fis-settur sekondarju, qafas strutturat ħalli jgħinhom fit-tħejjija u fit-tagħlim aktar effettiv u komprensiv tal-edukazzjoni sesswali u relazzjonali.

Il-linji gwida joffru lill-għalliema u lill-amministrazzjonijiet tal-iskejjel direzzjoni ċara fl-interpretar tal-programm kurrikulari dwar is-sesswalità u r-relazzjonijiet. Għandhom jgħinu lill-għalliema jaffrontaw kwistjonijiet li jinqalgħu fil-klassi li huma relatati ma’ dan is-suġġett u kif għandhom jimplimentaw il-ġudizzju professjonali tagħhom fl-użu ta’ riżorsi differenti għat-tagħlim aktar effettiv tas-suġġett.

Kopji ta’ dawn il-linji gwida, li jinkludu fost affarijiet oħra, l-għanijiet u l-prinċipji fundamentali li fuqhom tinbena l-implimentazzjoni tal-edukazzjoni sesswali u relazzjonali, se jitqassmu fl-iskejjel lil dawk kollha li huma kkonċernati, kif ukoll ippublikati fuq is-sit tal-Ministeru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow