STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-INTERN U S-SIGURTÀ NAZZJONALI
Jinqabdu tliet pakketti kannabis fuq viżitatur
Dalgħodu nqabdu tliet pakketti kannabis fil-but ta' ġakketta ta’ raġel ta' 29 sena, li kien qiegħed iżur resident fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin. L-investigazzjoni tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Din is-sejba saret wara li ftit jiem ilu, il-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Manuel Mallia nieda apparat ġdid ta' CCTV fil-kamra fejn isiru t-tfittxijiet. Dan l-apparat ġie mniedi fuq struzzjonijiet tal-Ministru biex tintensifika ruħha l-ġlieda kontra d-droga fil-ħabs.
Manuel Mallia, irringrazzja lill-awtoritajiet tal-Faċilità Korrettiva li qegħdin jimxu fuq l-istruzzjonijiet tiegħu u ħeġġiġhom biex ikomplu jaħdmu ħalli d-droga tiġi eliminata mill-Faċilità Korrettiva bl-għan li din il-faċilità verament tkun post ta' rijabilitazzjoni għar-residenti fi ħdanha.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en