Left arrow Mur Lura

Il-MINISTRU LEO BRINCAT F’LAQGĦA TA’ KORTESIJA MAL-AMBAXXATUR IL-ĠDID TAL-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUA: STEDINA GĦALL-KONFERENZA TAL-ĠNUS MAGĦQUDA DWAR L-EKONOMIJA L-ĦADRA

pr140178
Date Icon 01/02/2014

L-Ambaxxatur il-ġdid tal-Emirati Għarab Magħquda għal pajjiżna l-Eċċellenza tiegħu Saeed Obaid Mohammed Alkaabi għamel żjara ta’ kortesija lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Leo Brincat. 

Id-diskussjoni bejn l-Ambaxxatur Saeed Obaid Mohammed Alkaabi u l-Ministru Leo Brincat iffukat fuq konferenza tal-Ġnus Magħquda dwar l-Ekonomija l-Ħadra li ser tiġi organizzata mill-Gvern tal-Emirati Għarab Magħquda f’Marzu li ġej f’Dubai.

Il-Ministru Leo Brincat qal li din il-konferenza hija ta’ interess għall-Gvern Malti u dan fid-dawl tax-xogħol intensiv li jinsab għaddej bejn il-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Ministeru għall-Edukazzjoni fuq it-tfassil ta’ strateġija u pjan ta’ azzjoni lokali f’dan il-qasam.

Filwaqt li rrefera għat-taħdidiet intensivi li kellu ftit tal-jiem ilu f’Abu Dhabi l-Ministru Leo Brincat wera x-xewqa tal-Gvern Malti li r-rabtiet bejn iż-żewġ Gvernijiet f’oqsma bħall-ambjent, l-immaniġġjar tal-iskart u r-riċerka u l-innovazzjoni jiġu strutturati b’ta li mod li jwasslu għall-memo of understanding bejn iż-żewġ pajjiżi. Dan bl-iskop li jinbena pjan ta’ azzjoni konkret bejn iż-żewġ Gvernijiet. 

Matul il-laqgħa tkellmu ukoll dwar il-qbil li ntlaħaq f’Abu Dhabi li jkun hemm bdil ta’ delegazzjonijiet tekniċi ħalli tissaħħaħ il-koperazzjoni bejn iż-żewġ pajjizi fl-imsemmija oqsma.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow