Left arrow Mur Lura

Il-Ministeru għal Għawdex iħabbar l-inizjattiva “Travel to Gozo Weekend: Valentine Special”

pr140176mt
Date Icon 01/02/2014

Il-Ministeru għal Għawdex jagħraf li l-potenzjal tal-gżira Għawdxija huwa ferm akbar  minn dak  li hu fil-preżent. Għalhekk il-Ministeru għal Għawdex qiegħed jaħdem sabiex din il-gżira jkollha politika ffukata fuq l-elementi uniċi tagħha.

F’dan l-isfond, il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo, dalgħodu ħabbar l-inizjattiva “Travel to Gozo Weekend: Valentine special”. Din l-inizjattiva innovattiva qed issir bil-kollaborazzjoni tal-Bank of Valletta u bis-sapport tal- Gozo Channel, tal-Gozo Tourism Association u il-Gozo Business Chamber. Permezz ta’ din l-inizjattiva li ħa ssir bejn l-14 u 16 ta’ Frar in-nollijiet tal-Gozo Channel ħa jorħsu bi kważi n-nofs. Filwaqt lin-noll tal-passiġġiera minn €4.65 ħa jorħos għal €1.50, dawk tal-vetturi mhux kummerċjali minn €15.70 ser jonqos għal €8.50. Dawn il-prezzijiet tan-noll ser japplikaw għal-vjaġġi kollha bejn il-Ġimgħa 14 ta’ Frar mis-19.15hr sa l-ewwel vjaġġ it-Tnejn dak tas-0130hr. 

Ic-chairperson tal-Gozo Channel Co Ltd. Is-Sur Joe Cordina ħabbar li l-vapuri tal-kumpanija ser ikunu qegħdin jaħdmu skond id-domanda u f’każ li jkun hemm bżonn jibdew joperaw anke permezz ta shuttle service. Is-Sur Joe Cordina semma kif il-kumpanija rnexxielha tnaqqas it-telf b’ €600,000 mingħajr ma taffettwa s-servizz. Fis-sena 2013 il-vapuri tal-Gozo Channel ġarrew 118,500 passiġġier u 43,500 vettura aktar mis-sena ta’ qabel.  

Ic-Ceo tal-Gozo Tourism Association  is-Sur Joe Muscat u l-Managing Director tal-Gozo Business Chamber is-Sur Michael Grech qalu li għal darb’oħra l-gvern reġa sab l-appoġġ tas-settur turistiku u kummerċjali f’Għawdex peress li skemi bħal dawn itaffu mill-impatt tal-istaġjonalita qawwija li taffettwa lill-Għawdex matul ix-xhur tax-xitwa. F’dan il-weekend, 38 stabbiliment turistiku Għawdxi  ħa jkunu qegħdin parteċipi f’din l-iskema permezz ta’ diversi offerti speċjali li jistgħu jinstabu fuq www.visitgozo.com. Fost dawn il-parteċipanti hemm stabbiliment tal-akkomodazzjoni kemm fil-lukandi kif ukoll fil-farmhouses Għawdxin, diversi ristoranti mifruxa mall-gżira kollha, ħwienet, attrazzjonijiet turistiċi u anke stabbilimenti li joffru esperjenzi u prodotti tipiċi Għawdxin. 

Fl-indirizz tiegħu iċ-Chairperson tal-Bank of Valletta is-sur John Cassar White qal li bħala l-fornitur ewlieni tas-servizzi finanzjarji u l-involviment attiv taċ-ċittadini, l-Bank of Valletta dejjem ta l-importanza meħtieġa lil Għawdex. “Aħna ħerqana biex ngħinu kull meta jkun possibbli biex jiġi ġġenerat tkabbir ekonomiku fuq din il-gżira t’Għawdex. Dan għaliex aħna għandna l-pjaċir li nkunu assoċjati ma’ inizzjattivi bħal dawn, li huma mmirati biex  jattiraw n- negozju f’ Għawdex matul l-istaġuni kajmana’’, sostna s-sur Cassar White. Huwa tkellem ukoll dwar l-involviment tal-Bank of Valletta f'Għawdex. Is-sur Cassar White stqarr li matul l-aħħar snin, il-Bank  of Valletta wettaq diversi inizjattivi sabiex jgħin biex jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli f'Għawdex, mhux biss minn perspettiva ekonomika, iżda wkoll f'termini ta’ appoġġ ta' inizjattivi soċjali u kulturali.

Fid-diskors tal-għeluq, il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo semma’ kif filwaqt li l-gvern għaddej b’ħidma kontinwa sabiex jattira turisti speċifikament lejn il-gżira Għawdxija, qiegħed jagħti lura l-importanza li jixraqlu lit-turiżmu ntern. B’ determinazzjoni dan il-gvern qiegħed jaħdem biex jagħti s-suq tat-turiżmu domestiku l-ispinta li jixraqlu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow