JITĦABBRU T-TLIET DEPUTATI KUMMISSARJI FIL-KORP TAL-PULIZIJA
Illum tħabbru t-tlett Deputati Kummissarji fil-Korp tal-Pulizija, is-Sur Raymond Zammit responsabbli mill-Field Operations, is-Sur Pierre Calleja responsabbli mill-Crime and Investigations , u s-Sur Andrew Seychell responsabbli mill-Amministrazzjoni.
Waqt il-preżentazzjoni lit-tliet Deputati Kummissarji, il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manuel Mallia qal li ttieħdet din id-deċiżjoni biex il-Korp tal-Pulizija jingħata nifs ġdid. B’din id-deċiżjoni l-Korp tal-Pulizja ser ikun aktar iffukat u aktar qrib iċ-ċittadin. It-tibdil fl-istruttura tal-Korp tal-Pulizija ma jiqafx hawn, iżda ser ikompli jsir bl-għan li l-Korp tal-Pulizija jkun aktar effiċjenti.
Il-Ministru Mallia feraħ lit-tliet Deputati Kummisarji li għandhom esperjenza twila fil-Korp tal-Pulizija u għalhekk jistgħu jikkontribwixxu ħafna.
Il-Ministru Mallia rringrazzja ukoll lill-eks Deputat Kummissarju Joseph Cachia li għamel snin twal ta’ ħidma fil-Korp tal-Pulizija
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en