INAWGURAT GRAWND ĠDID FIŻ-ŻEBBUĠ GĦAWDEX
Illum gie inawgurat grawnd tal-futbol fiż-Żebbuġ Għawdex, grawnd li huwa parti minn programm ta’ fondi b’valur ta’ nofs miljun ewro li l-Gvern iffirma mal-Gozo Football Association. Dan il-grawnd ġie inawgurat mis-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, l-Innovazzjoni, iż-Żgħażagħ u l-iSport, Dr Stefan Buontempo u mill-Ministru għal Għawdex, Dr Anton Refalo.
Is-Segretarju Parlamentari Buontempo qal li dan il-grawnd li ġie inawgurat illum, huwa xhieda tal-impenn tal-Gvern fil-qasam sportiv Għawdxi. Huwa qal li dan il-Gvern huwa kommess li l-isport f’Għawdex ikun ta’ livell ogħla ħalli anke l-atleti Għawdxin ikollhom opportunitajiet tajbin fejn ikunu jistgħu jikkompetu. B’dan il-programm ta’ fondi lill-Gozo Football Association, il-Gvern qed jinvesti fis-soċjetà permezz tal-isport, biex pajjiżna jkollu soċjetà b’saħħitha.
Il-Ministru għall-Għawdex Dr Anton Refalo irringrazzja lis-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-iSports, għall-ħidma tiegħu lejn l-isports Għawdxi filwaqt li tenna l-impenn tal-Gvern li jkompli jaħdem biex b’mod ħolisitiku, l-iSports f’Għawdex jitjieb.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en