IL-PROFESSUR CHARLES FARRUGIA JINĦATAR KUMMISSARJU GĦALL-EDUKAZZJONI FL-UFFIĊĊJU TAL-OMBUDSMAN
pr140168
31/01/2014
Wara qbil bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni, l-Ombudsman Parlamentari, il-Prim Imħallef Emeritus Joseph Said Pullicino, ħatar lill-Professur Charles Farrugia bħala Kummissarju tal-Edukazzjoni fl-Uffiċċju tal-Ombudsman Parlamentari b’seħħ mill-1 ta’ Frar 2104.
Dan sar skont is-Sub-artiklu 2 tal-Artiklu 17 tal-Att tal-Ombudsman li jipprovdi għall-ħatra ta’ Kummissarji għall-Investigazzjonijiet Amministrattivi, għal oqsma speċjalizzati. Skont dan l-Att, it-terminu tal-ħatra tal-Kummissarju għall-Edukazzjoni jintemm ma’ dak tal-Kummissarji l-oħra.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en