L-AMBAXXATUR TAL-MONGOLIA GĦAL MALTA JAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-ISPEAKER
pr140163
31/01/2014
Dalgħodu, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Dr Anġlu Farrugia, kellu żjara ta’ kortesija mill-Ambaxxatur tal-Mongolja għal Malta, l-E.T. is-Sur Shijeekhuu Odonbaatar.
Iż-żewġ naħat iddiskutew suġġetti ta’ nteress komuni, fosthom it-twaqqif ta’ Grupp Interparlamentari ta’ Ħbiberija bejn Malta u l-Mongolja, il-possibbiltà ta’ studenti mill-Mongolja jistudjaw f’Malta, kif ukoll is-support reċiproku għal diversi kandidaturi għal organizzazzjonijiet internazzjonali.
Matul il-laqgħa, issemmiet ukoll il-partiċipazzjoni ta’ Malta u l-Mongolja fil-laqgħa bejn l-Ewropa u l-Asja, li se ssir f’Milan f’Ottubru li ġej.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en