Left arrow Mur Lura

IL-MINISTRU CARDONA F’LAQGĦA BILATERALI MAL-MINISTRU TALJAN GĦALL-IŻVILLUP EKONOMIKU FLAVIO ZANONATO

pr140160
Date Icon 30/01/2014

Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar, Dr. Chris Cardona kellu laqgħa bilaterali mal-Ministru Taljan għall-iżvillup ekonomiku Flavio Zanonato. Din il-laqgħa segwiet sensiela ta’ laqgħat li saru jum qabel, waqt il-konferenza Ministerjali Wwropea tal-ħbieb tal-Industrija li saret f’Ruma stess.

Matul din il-laqgħa l-Ministru Zanonanto tkellem fid-dettal dwar il-proġett li għandu l-gvern Taljan bil-għan li jattira aktar investiment lejn l-Italja magħruf bħala ‘destinazione Italia’. F’dan il-kuntest iż-żewġ ministri laħqu ftehim biex tkun organizzata żjara ta’ negozju minn imprendituri Maltin fl-Italja bil-għan li jkunu esplorati possibiltajiet ġodda ta’ negozju u anke jkunu diskussa teknoloġiji ġodda inkluż fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli.

Il-Ministru Cardona tkellem dwar kif il-Gvern Malti qed jaħdem biex l-intrapriża lokali tħaddan il-kunċett magħruf bħala ‘Born Global’ fejn il-viżjoni tagħhom ma tkunx limitata biss għas-suq lokali imma wkoll dak internazzjonali. Il-Ministru Malti spjega wkoll kif dalwaqt se tkun qed tiġi finalizata l-policy industrijali, xi ħaġa li s’issa f’Malta qatt ma saret.

Dr. Chris Cardona tkellem ukoll dwar l-impenn tal-Gvern Malti li jindirizza d-dewmien u l-kumplikazzjonijiet żejda biex kumpanija tistabilixxi ruħha f’Malta. Semma kif il-business first fi ħdan il-Malta Enterprise kien ristrutturat bil-għan li verament iservi ta’ point of single reference għall-intrapriża.

Il-Ministri għarfu l-importanza kbira tan-Negozji Żgħar u Medji għall-ekonomiji taż-żewġ pajjiżi. F’dan il-kuntest il-Ministru Cardona tkellem dwar il-ħidma tal-Gvern li jassigura s-sostenibbiltà ta’ dawn in-negozji, fosthom bil-ħidma fuq il-leġiżlazzjoni innovattiva tal-Att dwar in-negozju tal-familja.

Fuq l-aġenda tal-Ministru Malti u dak Taljan kien hemm ukoll il-proġett Ewro-Mediterranju, l-interconnector u l-pipeline tal-gas kif ukoll il-laqgħa li jmiss tal-Kunsill tal-Ministri tal-kompetittività.

Min-naħa tiegħu l-Ministru Taljan Flavio Zanonato aċċetta stedina li għamillu l-Ministru Chris Cardona biex jagħmel żjara uffiċjali f’Malta. Preżenti għal laqgħa kien hemm ukoll l-Ambaxxatrici ta' Malta għall-Italja l-E.T. Vanessa Frazier.

J
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow