L-AMBAXXATUR TAL-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA GĦAL MALTA JAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-ISPEAKER
pr140159mt
31/01/2014
Dalgħodu, l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onor. Anġlu Farrugia, kellu żjara ta’ kortesija mill-Ambaxxatur tal-Emirati Għarab Magħquda għal Malta, l-E.T. is-Sur Saeed Alkaabi.
Iż-żewġ naħat iddiskutew diversi suġġetti ta’ interess komuni, fosthom is-sapport ta’ Malta għat-talba tal-Emirati Għarab Magħquda biex din tkun parti mil-lista pożittiva tas-Schengen kif ukoll l-istituti edukattivi u ta’ Malta.
Matul il-laqgħa, issemmiet is-sitwazzjoni fil-pajjiżi ta’ l-Afrika ta’ fuq, partikularment il-Libja u ż-żewġ naħat awguraw li l-paċi u l-istabbiltà jirrenjaw f’dawn il-pajjiżi.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en