IL-VIĊI PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA JAGĦMEL ŻJARA TA’ KORTESIJA LILL-ISPEAKER
L-iSpeaker tal-Kamra tad-Deputati, l-Onorevoli Anġlu Farrugia, kellu żjara ta’ kortesija mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea responsabbli mir-Relazzjonijiet Interinstituzzjonali u mill-Amministrazzjoni, l-ET Maroš Šefčovič.
Matul il-laqgħa, iż-żewġ naħat iddiskutew suġġetti ta’ interess komuni, fosthom ir-rwol dejjem jikber tal-Parlament Malti fl-affarijiet Ewropej speċjalment fid-dawl tas-setgħat u r-responsabiltajiet ġodda li joħorġu mit-Trattat ta’ Liżbona, l-importanza tal-kooperazzjoni interparlamentari, l-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin, strumenti ġodda adottati wara l-kriżi finanzjarja u aktar leġittimità demokratika fil-proċess tal-governanza ekonomika.
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ żviluppi fil-Parlament Malti, l-iSpeaker Farrugia tkellem dwar il-fatt illi l-Parlament qiegħed jikkunsidra l-introduzzjoni ta’ proċedura li tagħti d-dritt ta’ risposta liċ-ċittadini. Saret referenza wkoll għax-xogħol li qiegħed isir mill-Kumitat Magħżul imwaqqaf sabiex jirrakkomanda lill-Kamra dwar it-twaqqif ta’ Kummissarju u Kumitat Permanenti dwar l-Istandards, l-Etika u l-Imġiba Tajba fil-Ħajja Pubblika.
Wara nofsinhar, l-iSpeaker Anġlu Farrugia akkumpanja lill-ET Maroš Šefčovič fi żjara madwar il-bini tal-Parlament il-ġdid.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en