ĦTIEĠA TA’ SFORŻ FUQ LIVELL EWROPEW BIEX TITJIEB IL-KOMPETTITIVITÀ TAL-INDUSTRIJA TAL-MANIFATTURA – IL-MINISTRU CARDONA F’KONFERENZA MINISTERJALI EWROPEA TAL-ĦBIEB TAL-INDUSTRIJA
Il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Dr. Chris Cardona ħa sehem fit-tieni konferenza ministerjali Ewropea tal-ħbieb tal-Industrija li tlaqqat f’Ruma, li kellha fost il-parteċipanti l-Prim Ministru Taljan Enrico Letta u l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Antonio Tajani. Matul il-laqgħat li kellu, l-Ministru Cardona rreferma l-pożizzjoni tal-Gvern Malti li jemmen li l-Industrija għad għandha rwoll importanti fil-ħolqien tal-impjiegi u t-tkattir tal-ekonomija. Dawn filwaqt li saħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm sforż fuq livell Ewropew biex titjieb il-kompettitività tal-Industrija tal-Manifattura fl-Ewropa. Fl-ewwel sessjoni pubblika tal-konferenza ministerjali kien diskuss it-tisħiħ tal-industrija Ewropea tal-manifattura. Filwaqt li fit-tieni sessjoni kienet diskussa l-enerġia bħala għodda għall-iżvillup u t-tkabbir tal-ekonomija.
Il-kommunikat konġunt li kien iffirmat fi tmiem il-konferenza jagħraf il-ħtieġa li l-Ewropa tikkapitalizza l-bażi industrijali tagħha, settur li għadu ċentrali għal ekonomija Ewropea. Dan filwaqt li tisħaq fuq il-mira li sal-2020 l-industrija tkun tikkontribwixxi 20% tal-Prodott Domestiku Gross tal-Ewropa. Bil-għan li tintlaħaq din il-mira, l-Ministri tal-Industrija qablu fuq il-ħtieġa li jkun hemm tisħiħ governattiv b’enfażi akbar fuq il-kompettitività tal-Industrija, waqt li jisħqu fuq il-Kunsill Ewropew biex jgħati mandatt ċar li l-kunsill tal-kompettitività. Il-kommunikat, iffirmat mill-Ministri tal-Industrija preżenti, jitratta wkoll l-‘Industrial Compact’ u l-ħtieġa li dan jaħdem mal-‘Compact’ dwar it-tkabbir u l-impjiegi bil-għan li jintlaħqu l-miri tal-istrateġija Ewropea 2020.
Il-Ministru Chris Cardona qal li Malta kienet qed tilqa’ pozittivament il-pozizzjoni meħuda waqt il-konferenza ministerjali Ewropea tal-ħbieb tal-industrija. Dan għaliex il-Gvern Malti fil-futur tas-settur tal-manifattura u l-ħtieġa li l-Kummissjoni tagħti aktar attenzjoni l-isfidi li qed tiffaċċa l-manifattura Ewropea.
F’Ruma l-Ministru Cardona kellu wkoll laqgħa bi preparazzjoni għal kunsill tal-kompettitività li se jsir fi Frar, mmexxija mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u Kummissarju Ewropew għal Industrija u l-Intrapriża Antonio Tajani u l-Ministru tal-iżvillup ekonomiku Taljan Flavio Zanonato.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en