IL-POLITIKA TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ SE TIĠI PREŻENTATA GĦALL-KONSULTAZZJONI PUBBLIKA F’MARZU
Il-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ 2014-2018 se tkun ippreżentata għall-konsultazzjoni pubblika f’Marzu li ġej. Ħabbar dan is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport, Stefan Buontempo, waqt li kien qed jindirizza seminar bit-titlu ‘Youth Information, New Formats and Scenarios’, organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ.
Dr Buontempo qal li din il-politika se tkun tinkludi temi bħax-xogħol, l-isport, l-edukazzjoni, l-innovazzjoni, is-saħħa, kultura u arti fost temi oħra. Huwa tkellem ukoll dwar l-Att tal-Professjoni tax-Xogħol maż-Żgħażagħ li permezz tagħha youth workers se jingħataw status professjonali. B’hekk se jkun qed jogħla l-livell ta’ servizz li jingħata.
Is-Segretarju Parlamentari Buontempo qal ukoll li Malta se tkun it-tielet pajjiż li se jkollha leġiżlazzjoni dwar il-youth work wara l-Finlandja u l-Irlanda.
F’dan is-seminar ħadu sehem żgħażagħ minn madwar disa’ pajjiżi Ewropej bil-għan li l-parteċipanti jaqsmu informazzjoni dwar iż-żgħażagħ u jiżviluppaw viżjoni komuni dwar l-informazzjoni taż-żgħażagħ u kif għandu jingħata l-counselling.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en