STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETÀ SOĊJALI
Il-Gvern jitlob li ssir investigazzjoni mill-Pulizija b’rabta mar-rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-allegat abbuż u frodi fil-benefiċċji soċjali
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali Marie-Louise Coleiro Preca qalet li talbet lill-Kummissarju tal-Pulizija jinvestiga u jieħu l-passi kollha neċessarji fid-dawl tar-Rapport tal-Awditur Ġenerali ‘Performance Audit – Addressing Social Benefit Fraud – 2010-2012’, fi żmien l-amministrazzjoni preċedenti.
B’mod immedjat, il-Minstru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali waqqfet taskforce independenti biex tanalizza r-rakkomandazzjonijiet tal-Awditur Ġenerali elenkati f’dan ir-rapport.
L-Onor. Coleiro Preca spjegat li f’Marzu li għadda sabet Dipartiment tal-Investigazzjoni mill-Benefiċċji u Frodi b’riżorsi mill-inqas. Fl-istess qagħda sabet lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali.
Biex ikun indirizzati l-ineffiċjenzi, il-Ministru Coleiro Preca waqqfet working-group interministerjali biex jiġi stabbilit mekkaniżmu wieħed għal means testing. Dan bil-għan li jgħin fl-effiċjenza interna u jġib sinerġija ma’ entitajiet pubbliċi oħra.
Ingħata bidu għall-koordinament mat-Tax Compliance Unit, mal-Banek kif ukoll mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u t-Taħriġ l-ETC u dan sabiex l-assessjar t’applikazzjonijiet għall-benefiċċji kemm jista’ jkun, ikunu aktar korretti.
Id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali ġie msaħħaħ bl-għajnuna ta’ Avukat u Social Worker.
Il-Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali qed jaħdem ukoll fuq riforma għall-ħarsien soċjali.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en