IL-VIĊI PRESIDENT TAL-KUMMISSJONI EWROPEA MAROŠ ŠEFČOVIČ IŻUR IX-XOGĦLIJIET LI QED ISIRU FUQ L-ISPTAR IL-ĠDID TAL-ONKOLOĠIJA
pr140151
30/01/2014
Illum, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, Maroš Šefčovič, żar ix-xogħlijiet li qed isiru fuq il-proġett tal-isptar il-ġdid tal-Onkoloġija, fejn seta' josserva kif dan il-proġett issa wasal f'fażi avvanzata.
F’din iż-żjara, huwa ġie akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg.
Dan il-proġett ibbenefika minn madwar €44 miljun f’fondi Ewropej taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali. Din is-somma tfisser li iktar minn 80 fil-mija mill-ispiża totali tal-proġett sejra tiġi finanzjata minn Fondi Ewropej.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en