IĊ-ĊENTRU TAS-SAĦĦA TAR-RABAT MIFTUĦ MILL-ĠDID WARA XOGĦOL ESTENSIV TA’ TISBIĦ
Il-Ministeru tas-Saħħa bi pjaċir iħabbar li x-xogħol estensiv ta’ tisbiħ fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat, li jinsab fiċ-Ċentru Ċiviku fi Pjazza San Pawl, tlesta. B’dan il-proġett il-poplu li se jinqeda f’dan iċ-Ċentru issa se jkollu Ċentru li huwa modern u mgħammar b’apparat tal-aħħar teknoloġija. Dan iċ-Ċentru ser joffri wkoll servizz ta’ kura speċjalizzata fuq il-feriti li qabel ma kienx offrut minn dan iċ-Ċentru. Din hija l-politika tal-Ministeru għas-Saħħa li jkompli jifrex is-servizzi fil-komunità għall-ġid tal-pazjenti u l-qraba tagħhom.
Mit-3 ta’ Frar 2014, dawk li joqogħdu fil-lokalitajiet tar-Rabat, l-Imdina, Ħad-Dingli, Ħ’Attard, il-Bidnija u l-Kunċizzjoni, u jkollhom bżonn servizz ta’ kura primarja, li jinkludi servizz ta’ tabib jew ta’ nurse, għandhom jirrikorru fiċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat fi Pjazza San Pawl. L-entratura issa hija minn naħa ta’ Triq San Katald u mhux minn naħa ta’ quddiem il-knisja ta’ San Pawl. Dawk li diġà għandhom appuntament għal xi wieħed mis-servizzi mniżżla fit-tabella t’hawn taħt għandhom iżommu l-istess data u ħin tal-appuntament.
Tilqim tat-tfal |
Dijabete |
Konsulent Mediku |
E.C.G. |
Tat-Tfal (Well Baby Clinic) |
Riżultati tad-Demm u E.C.G |
Teħid tad-Demm u testijiet oħra |
Podjatrija |
Riċetti tal-mediċini |
F’każ ta’ diffikulta jew għal aktar informazzjoni wieħed għandu jċempel fuq in-numru 21459082.
Il-Ministeru għas-Saħħa u d-Dipartiment tal-Kura Primarja jirringrazzjaw lill-publiku tal-koperazzjoni u jinsab ċert li ċ-ċittadini se jgawdu bis-sħiħ mit-titjib f’dan iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en