Left arrow Mur Lura

STQARRIJA KONĠUNTA MAĦRUĠA MILL-UFFIĊJU TAL-PRIM MINISTRU U MILL-MINISTERU GĦALL-FAMILJA U SOLIDARJETA’ SOĊJALI

pr140147
Date Icon 29/01/2014

 Il-Gvern b’mira li jnaqqas il-faqar bi 22,000 persuna sas-sena d-dieħla

Waqt it-tnedija tal-Green Paper: Struttura għal Tnaqqis fil-Faqar u għal Inklużjoni Soċjali, fil-Millenium Chapel f’San Ġiljan, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-ġlieda tal-Gvern kontra l-faqar hija bbażata fuq strateġija li fuqha rridu naħdmu lkoll flimkien.

L-għan ta’ din il-Green Paper huwa li tinħoloq struttura ta’ politika li permezz tagħha l-faqar f’pajjiżna jonqos bi 22,000 persuna sas-sena d-dieħla.

Il-Prim Ministru fisser din il-mira bħala waħda ambizzjuża li għandha bżonn inizjattivi bla preċedent. 

‘Stajna għażilna triq aktar faċli, stajna morna għal miri iktar modesti’, qal Joseph Muscat, ‘iżda għażilna li nikkommettu ruħna għal tnaqqis ta’ 22,000 persuna għaliex nemmnu li din hija pjaga soċjali li rridu neradikaw’.

Filwaqt li qal li l-Gvern irid jassigura li l-benefiċċji soċjali jingħataw lil min verament għandu bżonn, Dr. Muscat qal li s-suċċess irid jibda jitkejjel mhux b’kemm jintefgħu flus fil-benefiċċji iżda x’jieħu l-pajjiż lura mill-benefiċċji. 

Il-Prim Ministru qal li l-Gvern huwa kommess li jagħti għodda ta’ empowerment biex persuni vulnerabbli jqumu fuq saqajhom, jimxu ’l quddiem u jikkontribwixxu fl-ekonomija Maltija.

Temm jgħid li b’dan il-mod biss nistgħu nassiguraw il-mobilita’ soċjali f’pajjiżna.

Minn naħa tagħha, il-Ministru Marie-Louise Coleiro Preca spjegat li t-tfal u l-anzjani se jkunu prijorita’ f’din l-istrateġija.

Dan għaliex dawn iż-żewg kategoriji huma l-iktar kategoriji li jinsabu f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali.

Din il-Green Paper, qalet il-Ministru Coleiro Preca, se trawwem il-valuri tas-solidarjeta’, tal-ugwaljanza, tad-dinjita’, tar-rispett għall-jeddijiet tal-bniedem u tal-ġustizzja soċjali.

Spjegat li l-Gvern se jibqa’ jilqa’ s-suġġerimenti tal-pubbliku sal-għoxrin ta’ Frar 2014, biex wara analiżi tal-kritika li tkun saret, din l-istrateġija ssir politika tal-Gvern. 

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow