MALTA BIT-TIENI L-AKBAR TKABBIR FIN-NUMRU TA’ LJIELI LI T-TURISTI QATTGĦU F’PAJJIŻNA FL-2013 – ŻIEDA TA’ 7.8%
Il-Ministeru għat-Turiżmu jilqa’ b’sodisfazzjon iċ-ċifri ppublikati aktar kmieni llum mill-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea l-Eurostat dwar l-andament tusistiku ta’ pajjiżna matul l-2013.
Ir-riżultati juru kif Malta esperjenzat it-tieni l-akbar żieda fl-iljieli li qattgħu it-turisti minn fost il-pajjiż kollha tal-Unjoni Ewropea, liema żieda tammonta għal 7.8%. Kienet biss il-Greċja li rnexxielha tesperjenza żieda akbar minn dik ta’ Malta, bi 11.7%. Pajjiżi ferm akbar minna fosthom l-Italja, ir-Repubblika Ċeka, il-Fillandja, il-Belġju u Ċipru lkoll esperjenzaw tnaqqis.
Iż-żieda ta’ 7.8% fl-ammont ta’ ljieli tikkumpara tajjeb ferm meta mqabbla mal-medja ta’ tkabbir ta’ 1.6% li kisbu bejniethom il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea fuq l-2012.
Dawn iċ-ċifri li qed jitħabbru ftit ġimgħat biss wara li pajjiżna kiser kull rekord turistiku bil-wasla ta’ 1.5 miljun turist u 4 miljun moviment ta’ passiġġieri fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta jkomplu jsaħħu l-pożizzjoni ta’ pajjiżna bħala destinazzjoni turistika attraenti u li għandha prodott x’toffri.
Kif intqal fil-ġranet li għaddew mill-Ministru għat-Turiżmu Karmenu Vella, dawn ir-riżultati jpoġġu sfidi akbar fuq il-Ministeru biex flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u dawk kollha involuti fit-turiżmu, ikomplu jaħdmu flimkien biex is-sena 2014 tkun mill-ġdid sena oħra ta’ suċċess għall-industrija turistika ta’ pajjiżna.
Other Press Releases:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en