Left arrow Mur Lura

IL-PREMJU NAZZJONALI GĦAL APPOĠĠ LILL-INTRAPRIŻI 2014

pr140137
Date Icon 28/01/2014

Gvern determinat li jkompli jsaħħaħ l-ispirtu ta’ innovazzjoni u ta’ l-imprenditorija – Il-Ministru Chris Cardona

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru tal-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Dr Chris Cardona nieda r-raba’ edizzjoni tal-Premju Nazzjonali għal Appoġġ lill-Intrapriża 2014. Dan il-Premju jippremja u jirrikonoxxi dawk l-inizjattivi li jappoġġaw lill-imprenditorija f’Malta.

Il-Ministru Cardona qal li edizzjoni wara oħra, l-interess f’din il-kompetizzjoni kompla jikber. Is-sena li għaddiet ħadu sehem b’kollox 19-il parteċipant, li 11 minnhom kienu entitajiet u tmienja oħra Kunsilli Lokali.

Huwa sostna li l-għotja ta’ flus lir-rebbieħa, li titla għal total massimu ta’ €50,000 mhijiex l-unika element f’din il-kompetizzjoni. Dan għaliex kompetizzjoni bħal din isservi biex tqajjem dejjem aktar għarfien dwar l-intrapriża.

“Dan il-Gvern huwa determinat li jkompli jsaħħaħ l-ispirtu ta’ innovazzjoni u ta’ l-imprenditorija f’pajjiżna. Dan qed inwettquħ kemm b’iniżjattivi bħal dawn, kif ukoll b’iniżjattivi li jgħinu u jassistu, kemm lil dawk li għandhom intrapriża u jridu jkabbruha, kif ukoll lil dawk li jixtiequ jibdew negozju”  sostna l-Ministru Cardona.

Il-Premju Nazzjonali għal Appoġġ lill-Intrapriżi għandu wkoll dimensjoni Ewropea għaliex joffri lir-rebbieħa l-opportunità li jikkompetu ma’ fost l-aqwa proġetti fil-European Enterprise Promotion Awards.

Kategoriji tal-Premju:

    • Promozzjoni tal-Ispirtu Intraprenditorjali
    • Investi fil-Ħiliet Intraprenditorjali
    • Titjieb tal-Ambjent Kummerċjali
    • Appoġġ għall-Internazzjonalizzazzjoni tan-Negozju
    • (Kategorija Ġdida) Appoġġ tal-Iżvilupp tas-Swieq Ħodor u Effiċjenza tar-Riżorsi
    • Intraprenditorija Responsabbli u Inklussiva

Bħall-edizzjonijiet li għaddew, il-kompetizzjoni lokali ser tkun miftuħa għal żewġ sezzjonijiet separati iżda bħal xulxin. Waħda tkun miftuħa għal Kunsilli Lokali u l-oħra tkun miftuħa għal Awtoritajiet Pubbliċi, Organizzazzjonijiet Nazzjonali, sħubiji Pubbliċi-Privati, Programmi Edukattivi u Organizzazzjonijiet tan-Negozju.

L-applikazzjoni sabiex wieħed jipparteċipa tikkonsisti f’żewġ taqsimiet prinċipali: waħda tittratta il-proġett jew l-inizjattiva li tkun qed tiddaħħal għall-kompetizzjoni u taqsima oħra tirrekjedi informazzjoni fuq proġett jew inizjattiva illi l-applikant ikun qed jippjana għas-snin 2014/2015. Il-premju ta’ flus huwa fil-fatt marbut ma’ dawn iż-żewġ taqsimiet għaliex ir-rebbieħa taż-żewġ sezzjonijiet (Kunsilli Lokali u entitajiet oħra) jingħataw parti mill-premju waqt is-serata meta jitħabbru r-rebbieħa (li qed tiġi ippjanata li ssir lejn l-aħħar ta’ April li ġej) u l-parti l-oħra tingħata fix-xhur ta’ wara skont il-progress tal-implimentazzjoni tal-proġett ippjanat għas-snin 2014/2015 kif ikun ġie imħabbar fl-applikazzjoni.

Premjijiet li ser jingħataw

Kunsill Lokali rebbieħ ta’ Sezzjoni “A”

€9,000

Waqt
iċ-ċerimonja f’April 2014

€6,000

Fix-xhur ta’ wara b’kundizzjoni*

Massimu

€15,000

Kunsill Lokali fit-tieni post  ta’ Sezzjoni “A”

€6,000

Waqt
iċ-ċerimonja f’April 2014

€4,000

Fix-xhur ta’ wara b’kundizzjoni*

Massimu

€10,000

Entitàrebbieħa ta’ Sezzjoni “B”

€9,000

Waqt
iċ-ċerimonja f’April 2014

€6,000

Fix-xhur ta’ wara b’kundizzjoni*

Massimu

€15,000

Entità fit-tieni post  ta’ Sezzjoni “B”

€6,000

Waqt
iċ-ċerimonja f’April 2014

€4,000

Fix-xhur ta’ wara b’kundizzjoni*

Massimu

€10,000

Total ta’ Premjijiet

Total Massimu

€50,000

* Apparti l-proġett jew inizjattiva li l-applikant jissottometti għal din il-kompetizzjoni, l-applikant se ikun mitlub ukoll jinkludi informazzjoni fuq proġett jew inizjattiva oħra li tkun qed tiġi ippjanata biex tiġi implimentata sal-aħħar tal-2014. Din il-parti tal-premju tingħata kemm il-darba l-applikant jipprova lid-Dipartiment tal-Kummerċ li  parti sostanzjali minn din l-inizjattiva jew proġett tkun ġiet implimentata sal-aħħar tal-2014.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

Aktar Stqarrijiet Right arrow