Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA

pr140130
Date Icon 27/01/2014

L-Oppożizzjoni taf li dak li qed tgħid hi, li tirtira ċ-ċittadinanza lil xi ħadd sempliċiment abbażi tal-fatt li jkun kisibha bil-Programm ta' Ċittadinanza b'Investiment, hija llegali. L-Oppożizzjoni qed tagħti avviż serju ħafna  li beħsiebha, jekk tiġi eletta fil-Gvern, tikser id-drittijiet fundamentali tal-bniedem mingħajr ma lanqas biss tagħtih smigħ xieraq.

Dak li qed tgħid li se tagħmel l-Oppożizzjoni llum huwa perikoluż u ma jreġix legalment.

L-intenzjoni tal-Oppożizzjoni hija biss biex ittellef biljun Ewro lill-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin.

Il-Gvern qed jerġa’ jippubblika l-parir tal-Avukat Ġenerali li jġib fix-xejn il-kliem tal-Oppożizzjoni. Dan il-parir huwa identiku għall-pariri indipendenti li taw pubblikament avukati oħra fil-kamp kostituzzjonali inkluż dekan u eks-dekan tal-fakultà tal-liġi.

Min-naħa l-oħra, l-Oppożizzjoni qed tgħid li għandha parir li qed iżomm anonimu, xhieda tan-nuqqas ta’ serjetà tal-Oppożizzjoni.

Hija ħasra tassew li l-Oppożizzjoni trid tibqa’ tagħmel il-ħsara lil pajjiżna.

Il-Parir tal-Avukat Ġenerali:pr140130a.pdfpr140130a.pdf

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Imtella’ s-Seminar Annwali tal-Infermiera tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità biex tkompli titjieb il-kwalità tal-kura mogħtija lill-anzjani

PR262039

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

PR262038en

FOOD SAFETY AND SECURITY AUTHORITY NOTICE

More Press Releases Right arrow