STQARRIJA MAĦRUĠA MILL-GVERN TA’ MALTA
pr140120
24/01/2014
Il-Gvern uża l-ħelikopter tal-Armata għal raġuni nazzjonali. Id-deputat Dr Justyne Caruana kienet fuq xogħol Parlamentari f’isem pajjiżna.
Dan b’differenza għall-amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista li użat ħelikopter, u anke ajruplan tal-Forzi Armati ta’ Malta, biex l-Prim Ministru ta' dak iz-zmien imur ghal festini, ikliet u kunċerti. F’okkażjoni minnhom saħansitra ntużat l-armata biex il-Kap tal-PN, li kien Prim Ministru, jmur għal laqgħa tal-Partit Nazzjonalista fi Sqallija.
L-assi tal-Gvern f’dan il-każ intuża biex Malta tkun rappreżentata fil-Parliamentary Assembly for the Mediterranean.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en