IL-MINISTRU VELLA JAGĦMEL DISKORS TAL-FTUĦ TAT-TMEXXIJA MALTIJA TAL-FORUM GĦALL- KOOPERAZZJONI FIS-SIGURTÀ
Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin, Dr. George W. Vella għamel id-diskors tal-ftuħ tal-perjodu tat-tmexxija Maltija tal-Forum għall-Kooperazzjoni fis-Sigurtà (FKS) fi Vjenna. Huwa poġġa l-Mediterran bħala prijorità li tgħaqqad flimkien id-diversi aspetti u temi tad-djalogu tas-sigurtà kif huma ppjanati minn Malta matul ix-xhur li ġejjin.
Il-Ministru Vella qal li l-kontroll parlamentari tal-forzi armati, kif ukoll it-tixrid illeċitu tal-armamenti ser ikunu temi mportanti matul it-tmexxija ta’ Malta.
Huwa saħaq li Malta bħala gżira f’nofs il-Mediterran, f’salib it-toroq taċ-ċiviltajiet, wieħed m’għandux jeħodha bħala sorpriża li Malta mal-ewwel kienet favur id-dimensjoni Mediterranja tal-Organizzazzjoni għas-Sigurta u Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE). Mill-bidu nett tal-OSKE Malta pproponiet li s-sigurtà tal-Ewropa m’għandhiex tkun mifruda minn dik tal-Mediterran.
Għalhekk filwaqt li nsostnu din il-prijorità ma jistax ikun li ninsew li nistiednu lill-pajjiżi Mediterranji Sħab mal-OSKE biex jikkoperaw magħna bil-għan li nħeġġuhom jikkontribwixxu fix-xogħol tal-FKS u viċi versa.
Ir-Rappreżentant Permamenti ta’ Malta għal-OSKE, Keith Azzopardi ser imexxi il-laqgħat ta-FKS sal-Għid li gej.
Stqarrijiet Oħra:
PR262039
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI FL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTR...
PR262038en